Left arrow Go Back

Investiment ta’ Lm14-il miljun fil-proġett tal-Kottonera

pr1135
Date Icon 02/10/2003
Meta kien qed izur diversixoghlijiet li qed isiru mill-Cottonera Waterfront Group fil-Kottonera, il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor.  Francis Zammit Dimech qal li s’issa sar investiment ta’ qrib l-Lm14 miljun fil-proġett tal-Kottonera. Hu qal  li aktar minn Lm9 miljun minn dan l-investiment sar mill-Cottonera Waterfront Group (CWG) fil-bini tal-marina, l-blokk ta’ appartamenti, r-restawr ta’ l-Imħażen ta’ Caraffa, Seagate Vaults u l-mini taħt il-Forti Sant’Anġlu, it-twaqqigħ ta’ pont li kien jgħaqqad Triq il-Ħabs l-Antik mal-Forti Sant’Anġlu flimkien ma’ diversi xogħlijiet infrastrutturali.
FrancisZammit Dimech qal li tlett proġetti ewlenin kienu

·        il-bini tal-yacht marina, 
·        ir-restawr ta’ l-Imħażen ta’ Caraffa u 
·        l-bini tal-blokk ta’ appartamenti ħdejn il-menqa.  

Huqal li għall-bini tal-yacht marina permezz ta’ kumpannija sussidarja tal-Cottonera Waterfront Group, il-Grand Harbour Marina, sar investiment ta’ Lm4 miljun. Hu qal li barra minnhekk kien stmat li se jsir investiment ieħor ta’ nofs miljun lira biex jinbena’ l-pied-a-terre u l-car park fix-xatt tal-Forti Sant’Anġlu. Francis Zammit Dimech qal li kellu pjaċir iħabbar li kienet ingħatat l-offerta biex jissaħħaħ u jiġi riabilitat ix-xatt taħt il-Forti Sant’Anġlu, xogħol li kien se jiswa’ aktar minn Lm300,000.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li parti oħra importanti fil-proġett tal-Kottonera kienet il-bini ta’ blokk ta’ appartamenti u blokk kummerċjali fix-xatt tal-Birgu u tal-Kalkara biswit il-Menqa. F’dan il-proġett ġew investiti Lm4.4 miljun. Dan il-proġett se jkun jikkonsisti f’101 appartament, disa’ ħwienet u parkeġġ għal 90 karrozza. Hu qal li wara diskussjonijiet twal u interventi diretti minnu, il-Cottonera Waterfront Group qabel li jneħħi 22 appartament mill-iżvilupp.
Filwaqt li ħabbar li fl-aħħarta’ Ottubru se jidħlu l-ewwel residenti f’dawn l-appartamenti, il-Ministru  Zammit Dimech qal li fuq is-saqaf ta’ dan il-blokk kien qed jinbena’ ġnien pubbliku u belvedere, li kien se jagħti lir-residenti tal-Birgu u viżitaturi li jżuru din il-belt antika, dehra panoramika tal-Port il-Kbir.
Francis Zammit Dimech qal li r-residentita’ l-inħawi se jgawdu ukoll minn passaġġ madwar dawn l-apartamenti li se jgħaqqad Xatt il-Birgu ma’ Xatt il-Kalkara. Dan il-passaġġ se jkun aċċessibbli bil-mixi.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li t-twaqqigħ tal-pont li kien jgħaqqad Triq il-Ħabs l-Antik mal-Forti Sant’Anġlu kien ħalla sfreġju fil-forti billi fejn kien imqabbad twaqqa’. Hu qal li l-Cottonera Waterfront Group  kien ħaseb biex ifejjaq din il-ferita, billi bena l-parti mwaqqa’ bl-istess tip ta’ ġebel li hu mibni l-forti.
FrancisZammit Dimech qal li proġett importanti ieħor li twettaq mill-Cottonera Waterfront Group kien r-restawr tal-Caraffa Stores minn ġewwa u minn barra. Hu qal li dawn l-imħażen kbar inbnew fl-1689 fi żmien il-Gran Mastru Caraffa. Matul iż-żmien dawn sofrew ħsarat kbar u kienu anke intlew bit-terrapien. Hu qal li fl-2001 dawn l-imħażen tnaddfu mit-terrapien u tneħħew il-partitions li kienu nbnew tul is-snin. Is-soqfa nksew bil-membrane fis-sajf tal-2001. Ir-restawr tal-faċċata, li hija tal-ġebel tal-qawwi, u l-bdil ta’ l-aperturi ta’ l-injam tlesta f’Mejju ta’ din is-sena. Hu qal li f’Jannar li għadda beda x-xogħol ta’ restawr ta’ l-imħażen minn ġewwa li mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. Hu qal li dan il-proġett hu stmat li se jiswa Lm160,000.
FrancisZammit Dimech qal li l-proġett tal-Kottonera qed jagħti lix-Xatt tal-Birgu l-importanza li gawda tul mijiet ta’ snin li matulhom dawn l-inħawi kienu ċ-ċentru kummerċjali u tat-trasport f’pajjiżna. Il-Ministru għat-Turiżmu qal li kien jemmen li dawn il-proġetti kienu qed iqiegħdu lill-Kottonera fuq il-mappa turistika lokali u b’hekk igħinu fir-riġenerazzjoni tal-Kottonera għall-benifiċċju tar-residenti ta’ l-inħawi u għat-turiżmu f’pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow