INDIRIZZ MILL-E.T IS-SUR ARNOLD RÜÜTEL, PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA, FL-OKKAŻJONI TAL-PRANZU STATALI MOGĦTI AD UNUR TIEGĦU – IL-PALAZZ, IL-BELT VALLETTA - 1 T’OTTUBRU 2003
Onorevoli President tar-Repubblika ta’ Malta, Professur Guido de Marco
Onorevoli Sinjura Violet de Marco,
Eċċellenzi,
Sinjuri!
Bi pjacir kbir nirringrazzjakom għall-istedina tagħkom. Il-Membri kollha tad-delegazzjoni ta’ l-Estonja jingħaqdu miegħi f’dan l-apprezzament. Nixtieq nirringrazzjakom ukoll għad-diskors ġentili li għadna kemm smajna.
Sur President !
| Id-dinja hija entita` waħda fejn ebda nazzjon ma | tista’ tinqata’ għaliha weħidha. |
| L-Estonja u Malta huma pajjiżi marittimi: dan huwa | għajn ta’ ġid għalina u dan sawwar l-istorja tagħna. L-istorja ta’ l-Estonja, bħall-istorja ta’ Malta, hija wkoll l-istorja tad-dinja. L-Estonja tappartijeni għall-familja tal-pajjiżi l-iżgħar ta’ l-Ewropa. Iżda ebda nazzjon li tinqata’ għaliha weħidha ma tista’ tkun nazzjon soda: billi nsemmgħu leħinna aħna nistgħu nipproteġu l-interessi tagħna u nħarsu l-indipendenza tagħna. Aħna għixna u stinkajna għal dan. Id-Demokrazija hija bbażata fuq l-iżvilupp individwali u fuq il-kultura. |
| L-għan tal-politIka barranija ta’ l-Estonja, | mir-restawrazzjoni ta’ l-indipendenza ’l hawn, kien li nwettqu l-indipendenza tan-nazzjon tagħna. L-adeżjoni ta’ l-Estonja fl-Unjoni Ewropea hija t-triq li minnha rridu ngħaddu u din se toħodna aktar qrib lejn l-għanijiet tagħna. |
| Fl-14 ta’ Settembru, il-poplu ta’ l-Estonja | wieġeb “iva” għall-Unjoni Ewropea. Dan se jwassal lin-nazzjon tagħna għal livell ġdid u jagħtina perspettivi u sfidi ġodda. Iżda jeħtieg li aħna nsaħħu l-istat tagħna anke nternament. Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-istati llum huma ta’ importanza enormi. Il-kwistjonijiet tas-sigurta` Ewropea huma sinifikanti ħafna għal kull ċittadin. Is-sigurta` Ewropea hija l-pern u valur bażiku u aħna lkoll impenjati biex naħdmu għaliha. Bħalma qalet il-President tar-Repubblika tal-Finlandja, is-Sinjura Tarja Halonen, id-diffikultijiet li naħsbu li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea nikkawzawhom aħna stess. Iżda llum ma rridx nitkellem dwar diffikultajiet. |
Onorevoli President,
| L-ewwel impressjonijiet ta’ l-istat gżira tagħkom | kienu pożittivi ħafna. Il-kelma Cultura, li oriġinarjament bil-Latin kienet tfisser ‘koltivazzjoni’, wara akkwistat tifsira usa’. U b’hekk, il-kultura ta’ Malta, l-istorja rikka u t-teżori kulturali mprezzabbli tagħha huma r-raġuni għaliex in-nies jiġu jżuru lil Malta. Dan il-ġmiel tant maestuż u din ir-rikkezza għad dejjem jibqgħu jħarju lil kulħadd. |
| Valletta, fejn il-parti l-kbira tal-belt medjevali | tagħha ġiet ippreservata, bil-knejjes, bil-fortizzi u bil-palazzi tant ikkurati, hija protetta bħala sit ta’ wirt Ewropew. Kollha kemm hi tidher bħala kapulavur ta’ l-arkitettura. U barra minn hekk, hemm min jgħid li ċ-ċivilta` l-aktar qadima fir-reġjun tal-Mediterran taf in-nisel tagħha lil Malta u Għawdex. |
Għeżiez ħbieb,
| Kif diġa` għidt, id-dinja hija entita` waħda fejn | ebda nazzjon ma tista’ tinqata’ għaliha weħidha. Iżda kull nazzjon tgħożż l-indipendenza u l-individwalita` tagħha. |
| Il-jum li qattajna Malta bla dubju ta’ xejn laqatna | lkoll kemm aħna u impressjonana b’mod favorevoli. |
Il-futur tagħna jinsab f’idejna.
Onorevoli President tar-Repubblika ta’ Malta, Sinjura Violet de Marco!
Nirringrazzjakom għal din il-merħba mill-qalb! Għan-nom tiegħi, ta’ marti, u tagħna lkoll, nixrob ad unur tar-Repubblika ta’ Malta u nixtiqilkom suċċess!
Address by H.E. Mr Arnold Rüütel, President of the Republic of Estonia, DURING the STATE Dinner in his Honour – the palace, Valletta - 1 October 2003
Honourable President of the Republic of Malta, Professor Guido de Marco
Honourable Mrs Violet de Marco,
Excellencies,
Ladies and gentlemen!
I have a great pleasure thanking you for your invitation. All the members of the Estonian delegation join me in my words of appreciation. I would like to thank you also for those kind words that we just heard.
Mr President!
| The world is a whole where no nation can fully | isolate itself. Estonia and Malta are maritime nations; this is a source of wealth for us and has shaped our history. The history of Estonia, like the history of Malta, is also the world history. Estonia belongs to the family of European small nations. But no nation being alone can be strong, wisely making our voice heard we can protect our interests and safeguard our independence. We have lived and worked for this. Democracy is based on self-development and culture. |
| The foreign policy goal of Estonia, since the | restoration of our independence, has been to secure the independence of our nation. The accession of Estonia to the European Union is the path we want to walk along and it takes us closer to our goals. On 14 September, the people of Estonia said "yes" to the European Union. This takes our nation to a new level and gives new perspectives and challenges. But we have to strengthen our state also internally. Bilateral relations between the states are extremely important today. The issues of the European security are very significant for each citizen. The European security is a keyword and a basic value and we are all committed to strive towards it. As the President of the Republic of Finland Mrs Tarja Halonen has said, the difficulties that are believed to originate from the European Union we actually cause ourselves. However, today I do not want to talk of difficulties. |
Honourable President,
| Our first impressions of your insular state have been | very positive. Cultura, which in Latin originally meant "tillage", has later gained a broader meaning. And, thus, the culture of Malta, its rich history and priceless cultural treasures are the reason why people come to visit Malta. This magnificent beauty and richness will always entice everyone. |
| Valletta, where most of its medieval town has been | preserved with its well taken care of churches, fortresses and palaces is protected as a European heritage site. It all looks like a masterpiece of architecture. And in addition to this, it is believed that the oldest civilization in the Mediterranean region was on Malta and Gozo. |
Dear friends,
| As I have already said, the world is a whole where no | nation can isolate itself. But every nation treasures its independence and its individuality. |
| The day on Malta has definitely impressed all of us | and it is a favourable impression. |
We hold our future in our own hands.
| Honourable President of the Republic of Malta, Mrs | Violet de Marco! |
| I thank you for your cordial welcome! On behalf of | myself, my wife, and all of us, I raise the glass in honour of the Republic of Malta and wish you success! |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en