DISKORS MILL-E.T. IL-PROF. GUIDO DE MARCO, PRESIDENT TA’ MALTA, FL-OKKAŻJONI TAL-PRANZU STATALI MOGĦTI AD UNUR IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA, IS-SUR ARNOLD Rüütel U S-SINJURA Rüütel – IL-PALAZZ IL-BELT VALLETTA – 1 T’OTTUBRU 2003
Eċċellenza u Sinjura Rüütel,
Onor. Prim Ministru
Mistednin Distinti
Sinjuri
Huwa pjaċir tiegħi Sur President u Sinjura Rüütel, li nilqagħkom f’pajjiżi, f’din il-gżira tagħna fiċ-ċentru ta’ dan il-baħar leġġendarju, il-Mediterran.
Minn żmien għal żmien il-ħbieb iżuru lil xulxin. Ikunu jixtiequ jitħaddtu fuq interessi komuni, jiddiskutu l-iżviluppi u jiskambjaw l-esperjenzi. Fuq kollox ikunu jridu jsiru jafu lil xulxin aktar mill-qrib. Tgħallimt ħafna mill-Viżita Statali li jiena għamilt fil-pajjiż sabiħ ta’ l-Estonja, f’Mejju ta’ l-2001. Iż-żjara tiegħek għalhekk, l-ewwel waħda minn President tar-Repubblika ta’ l-Estonja, kienet mistennija.
Minn mindu ġejt inżurkom ħafna affarijiet immaturaw. Dakinhar Malta u l-Estonja kienu għadhom pajjiżi applikanti – it-triq għall-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea kienet għadha tidher diffiċili u t-taħditiet li kellna kkonċentraw fuq il-mixja komplikata iżda kontinwa ta’ l-aspett tekniku tan-negozjati. Illum il-pajjiżi tagħna fadallhom biss jistennew l-1 ta’ Mejju 2004 biex isiru Membri fl-Unjoni Ewropea.
Eċċellenza,
| Malta u l-Estonja jinsabu f’naħat opposti ta’ l-Ewropa, | fin-nofsinhar u fit-tramuntana. Madankollu, fid-distanza ta’ bejniethom, fir-realtajiet ġeopolitiċi differenti tagħhom hemm xebh, għax kemm Malta, gżira fil-Mediterran, kif ukoll l-Estonja peniżola fil-Baħar Baltiku, rawmu wirt marittimu, kull wieħed minna huwa pont ta’ l-Unjoni Ewropea aktar kbira. Iżda fuq kollox, it-tnejn urew bl-istorja tagħhom li d-daqs veru ta’ pajjiż jiddependi mill-viżjoni u d-determinazzjoni tal-poplu tiegħu. |
| Malta u l-Estonja wrew kif anki pajjiż ta’ daqs | żgħir għandu saħħa, saħħa li ġejja minn politika bbażata fuq prinċipji li jħarsu l-kredibilità u jagħrfu l-kompetenza tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan Sur President, int affermajtu tajjeb meta kkommemorajt il-85 Anniverarju tar-Repubblika ta’ l-Estonja fi Frar li għadda. Malta temmen bis-sħiħ f’sistema ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti soda, bħala l-Organizzazzjoni li tista’ tiggarantixxi l-ġustizzja, il-paċi u l-istabbiltà permezz ta’ sħubija fiha. Il-pajjiż tiegħi dejjem sostna li l-kredibilità tan-Nazzjonijiet Uniti tiddependi fuq ir-rispett tal-prinċipji ddikjarati fil-Karta u hu proprju għalhekk li Malta dejjem saħqet favur konformità ma’ u l-osservanza tar-Riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. |
| Hija l-politika tradizzjonali ta’ pajjiżi li | naħdmu għall-istabbiltà u s-sigurtà fir-reġjun tal-Mediterran, ta’ dan il-baħar fejn ħafna drabi jitħalltu l-orgolju u l-preġudizzju kif ukoll passjonijiet estremi. Din il-politika, nemmen, se tkun affermata bl-Adeżjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, bit-tisħiħ tal-proċess ta’ Barċellona. Għax Malta fl-Unjoni Ewropea se tkun f’pożizzjoni aħjar biex tiżgura li d-dinja Mediterranja tiġi analizzata u mifhuma aktar fl-Ewropa u viċi-versa. |
| Il-ġeografija tirrendi lill-Estonja wkoll salib it-toroq | ta’ ċiviltajiet. Il-konoxxenza li pajjiżek għandu tar-reġjun Baltiku, konoxxenza mnaqqxa mill-istorja u magħġuna mill-esperjenza, tagħmel lill-Estonja pajjiż importanti għat-tixrid tal-valuri u l-prinċipji ta’ l-Unjoni Ewropea lejn il-lvant u lil hinn minnu. L-Estonja huwa pajjiż importanti għas-suċċess tal-politika Nordika ta’ l-Unjoni Ewropea. |
Eċċellenza,
Kemm kien għaqli Jean Monet meta qal
“Aħna ma nħalltux pajjiżi, aħna ngħaqqdu lill-popli”
Nemmen li din il-filosofija għandha tkun l-ideal li jiggwida lill-Gvernijiet tagħna meta nhar is-Sibt li ġej se jiltaqgħu f’Ruma għall-Konferenza Intergovernattiva, biex jiddiskutu kif l-aħjar tinkiseb Kostituzzjoni għall-Ewropa - Kostituzzjoni li tiżgura tħaddim effiċjenti ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Ewropa ta’ għada għandha tkun Ewropa miftuħa, għandha tkun Ewropa li tibqa’ fidila lejn il-valuri u l-kulturi tagħha, għandha tkun Ewropa tal-popli, Ewropa fejn, kif qal Willy Brandt, nikbru flimkien, għaliex aħna nappartjenu flimkien.
Il-Gvern tiegħi jidhirlu li L-Abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa huwa bażi tajba għal aktar ħidma u ftehim. Malta tagħti importanza kbira lill-bżonn li jiġi assigurat li l-proposti istituzzjonali li huma l-aktar profondi u innovattivi jiġu formulati b’tali mod li jippreservaw il-bilanċ istituzzjonali ġenerali u li l-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn l-istati, li mexxa lill-Unjoni tant tajjeb sa mill-fondazzjoni tagħha nofs seklu ilu, jiġi ppreservat.
Eċċellenza,
Sa mill-bidu, mill-1 ta’ Jannar 1992, ir-relazzjonijiet diplomatiċi bilaterali bejn Malta u l-Estonja dejjem kienu kkaratterizzati bi ħbiberija għalkemm dawn baqgħu fuq skala modesta. Nemmen li jkun hemm benefiċċju reċiproku fl-intensifikazzjoni ta’ dawn ir-relazzjonijiet u speċjalment fl-espansjoni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi.
Eċċellenza,
| Pajjiżek twieled mill-idealiżmu u żamm ħaj biss | permezz tad-determinazzjoni tiegħu, għaliex matul l-istorja twila ta’ inkursjonijiet, okkupazzjonijiet u annessjoni forzata, il-poplu tiegħek ipproteġa l-kultura tiegħu, ipproteġa l-ilsien tiegħu u għożż l-identità kulturali tiegħu. L-Estonja llum hija storja ta’ suċċess u waqt li tieħu postha fil-familja Ewropea, tfakkarna li xejn ma jista’ jżomm poplu determinat. F’dan Sur President, aħna l-poplu Malti, insibu dak li jgħaqqadna. |
| B’dawn il-ħsibijiet, nistedinkom, Eċċellenzi, | Sinjuri, tixorbu bis-saħħa tal-ħbiberija u l-prosperità ta’ Malta u l-Estonja u għas-saħħa ta’ l-Eċċellenza tiegħu l-President u s-Sinjura Rüütel. SPEECH BY H.E. PROF. GUIDO DE MARCO, PRESIDENT OF MALTA, DURING THE STATE DINNER IN HONOUR OF H.E. THE PRESIDENT OF THE REPUBLIC OF ESTONIA, MR. ARNOLD Rüütel AND MRS. RüüteL – THE PALACE, VALLETTA – 1ST OCTOBER 2003 |
Your Excellency and Mme. Rüütel,
Hon. Prime Minister,
Distinguished Guests,
Ladies and Gentlemen.
| It is for me a pleasure to welcome you, Mr. President | and Mme. Rüütel to my country, to this island of ours in the middle of the legendary Mediterranean Sea. |
| Friends call upon each other from time to time. They | want to talk about concerns, to discuss development and share experiences. Above all they want to get to know each other better. I learned a lot from the State Visit I paid to beautiful Estonia in May of 2001. Your visit therefore, the first by a President of the Republic of Estonia is only natural. |
| Since my visit, many events have reached maturity. Then Malta and | Estonia were still applicant countries the road for European Union Membership still seemed difficult and the talks we had, centered on the painstaking but steady progression of technical negotiations. Our countries are now waiting for the 1st of May 2004 to become European Union Members. |
Excellency,
| Malta and Estonia are charted at very opposite | directions, in the south and in the north. Yet, in their distance, in their different geopolitical realities they harbour similarities for both Malta and Estonia, an island in the Mediterranean and a peninsula in the Baltic Sea, have cultured a maritime heritage, both are the new bridges of an enlarged European Union. But above all, both have demonstrated by their history that the size of a country is only relative to the vision and determination of a people. |
| Our strength is nourished by the wisdom of embracing | a principled approach to politics, in protecting the credibility and competence of the United Nations, as You, Mr. President, so rightly stated in your address commemorating the 85th Anniversary of the Republic of Estonia, last February. Malta firmly believes in a strong United Nations system that can guarantee justice, peace and stability through its membership. And believing that credibility of this Organisation depends on the principles declared in the Charter, my country has always advocated the full compliance and observance of United Nations Resolutions. |
| It is the traditional policy of my country to work | hard for the stability and security of the Mediterranean region, of this sea that has become a melting pot of pride and prejudice and of extreme passions. This policy we seek to complement with our European Union Membership and by seeking to reinvigorate the Barcelona process. For Malta in the European Union, will be in a better position to ensure the proper evaluation and understanding of the Mediterranean world in European affairs and vice-versa. |
| Geography makes of Estonia also a crossroad of civilizations. The | particular awareness and understanding your country has of your region, an awareness etched by history and minted through experience, makes of Estonia a gateway for furthering values and principles of the European Union to the east and beyond and an important actor for the success of the Northern Dimension process. |
Excellency,
I find the following words stated by Jean Monet truly illuminating
"We do not merge countries, we unite peoples"
This, I believe, should be the guiding light for our Governments as they meet in Rome next Saturday for the Intergovernmental Conference, to deliberate on how to best give Europe a Constitution that would ensure an efficient functioning of our European Union.
The Europe that has to emerge has to be an outward looking Europe, it has to be a Europe that remains faithful to its values and its cultures. It has to be a Europe of peoples, a Europe that, borrowing from Willy Brandt, grows together, for we all belong together.
My Government is of the view that the ‘Draft Treaty establishing a Constitution for Europe’ is a good basis for further work and agreement. Malta attaches great importance to the need of ensuring that the more far-reaching and innovative institutional proposals are formulated in such a way as to preserve the overall institutional balance and that the principle of equality that has directed the Union so well since its foundation half a century ago, is preserved.
Excellency,
Since the inception of bilateral diplomatic relations on the 1st of January 1992, our countries have always enjoyed friendly relations albeit they remain modest. There is, I strongly believe, mutual benefit in the intensification of relations and in particular in furthering economic cooperation.
Excellency,
| Your country was born out of idealism and survived | out of determination for throughout its long history of invasions, occupations and forced annexation, your people protected their culture, they preserved their language, they treasured their national identity. Estonia is today a success story and as it takes its place within the European family, it is a firm reminder that nothing is beyond the will of a determined people. In this Mr. President, we, the people of Malta find that which brings us together. |
| With these thoughts, I invite you, Excellencies, Ladies and | Gentlemen, to raise your glasses and to toast to the friendship and prosperity of Malta and Estonia and to the health of H.E. the President and Mme. Rüütel. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en