Left arrow Mur Lura

Laqgħa tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo mas-self-employed u imprendituri żgħar fil-Mellieħa: L-Unjoni Ewropea tipproteġi u tiggarantixxi n-negozju ta’ ħwienet żgħar

PR113
Date Icon 28/01/2003
Sħubija fl-Unjoni Ewropea tassigura li f’kull pajjiż membru tkunimħaddma Politika Mprenditorjali fejn l-enfasi ta’ din il-politika hija mogħtija lill-imprenditur li huwa l-individwu fin-negozju. Dan jixhed għalih in-numru kbir ta’ negozji u ħwienet żgħar u numru kbir ta’ self-employed li hemm jaħdmu fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.
Iċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar li l-GvernMalti irratifika jagħti d-direzzjoni għal żvilupp ta’ Politika Mprenditorjali b’risq l-imprendituri żgħar u self-employed Maltin u Għawdxin. Għal dan il-għan l-Unjoni Ewropea għandha ’l fuq minn 400 miljun Euro bħala fondi li bihom tgħin lill-istess pajjiżi nkluż pajjiżna biex dan iċ-Charter ikun imqieghed fil-prattika. Dawn il-fondi huma magħrufa bħala Multiannual Program for Enterprise and Entrepreneurship li pajjizna wkoll jista' japplika għalihom biex ikun mgħejjun itejjeb l-istrutturi li jaqdu l-ħtiġijiet tan-negozju.
Kemm-il darba pajjiżna ma jkunx imsieħeb fl-UnjoniEwropea, pajjiżna jkun jista' jpoġġi fil-prattika l-istess Charter jekk jagħżel li jagħmel hekk iżda bla għajnuna finanzjarja u teknika mill-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li mal-fondi li pajjiżna diġa' ġie mwiegħed mill-Unjoni Ewropea hemm fondi ohrajn li jista' jikkwalifika għalihom kull min iressaq proġetti fil-qafas tal-Multiannual Program, u pajjiżna jingħata l-għajnuna finanzjarja u teknika biex ikun jista' jwettaq dan il-proġett.
Il-Programm ta’ Ħidma li ressaqna li jinkludi fih54 inizjattiva għandhom iservu ta’ direzzjoni biex isiru applikazzjonijiet għal dawn il-fondi.
Dan huwa benefiċċju ieħor li jista' biss jinkisebpermezz ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk min qiegħed jgħid li bi sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, il-ħwienet iż-żgħar ikollhom jgħalqu dan mhux jgħid il-verita'. Bil-kuntrarju ta’ dan, il-Gvern għadu kemm għadda liġijiet biex jara li permezz tagħhom, iħaffef il-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju li wasslu biex f’pajjiżna n-numru ta’ negozji żgħar ikompli jiżdied.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow