Left arrow Mur Lura

QRIB IT-TMIEM TAN-NEGOZJATI DWAR IL-BEJGĦ TA’ L-ISHMA TA’ L-AIR MALTA p.l.c. FL-AZZURRAair S.p.A.

pr1128
Date Icon 01/10/2003
Il-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoniu l-Investiment iħabbar li l-Gvern jinsab fil-fażi konklussiva tan-negozjati biex jinbiegħu l-ishma li għandha l-Air Malta p.l.c. fl-AZZURRAair S.p.A.
In-negozjati qed isiru ma’ 7 Group p.l.c.,kumpanija li l-ishma ordinarji tagħha huma negozjati fl-Alternative Investment Market tal-Borża ta’ Londra. In-negozjati ilhom għaddejjin minn Awissu li għadda.

Għal diversi raġunijiet, AZZURRAair S.p.A. konsistentement batiet minn telf finanzjarju li kien qed jiswa spiża finanzjarja kull sena lill-Air Malta p.l.c. Minbarra dan, bħala linja ta’ l-ajru f’pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea, l-Air Malta p.l.c. ser tkun tista’ topera liberament fl-Ewropa. Allura l-valur strateġiku ta’ l-AZZURRAair S.p.A. għal-linja ta’ l-ajru nazzjonali Maltija jonqos ħafna.

Fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena 2002, l-AirMalta p.l.c. esprimiet l-għan tagħha li tneħħi l-ishma tagħha fl-AZZURRAair S.p.A..
AZZURRAair S.p.A. kienet twaqqfet mill-Air Maltap.l.c. u minn investituri Taljani fl-1995 u bdiet topera f’Diċembru 1996 b’żewġ ajruplani British Aerospace AVRO RJ85.
Illum AZZURRAair S.p.A. topera bi flotta ta’tlettax-il ajruplan, seba’ AVRO regional jets, sitt Boeing 737-700 u Airbus 320-200.
Il-parti l-kbira ta’ l-attività tal-Boeing ul-Airbus hu fil-qasam ta’ l-ivjaġġar charter u turistiku waqt li l-flotta ta’ regional jets tintuża l-aktar f’xogħol ta’ skeda. Il-parti l-kbira tar-rotot għandhom code sharing ma’ l-Alitalia jew mal-VLM.
AZZURRAair S.p.A. kull sena ġġorr madwar miljunpassiġġier u skond edizzjoni riċenti tar-rivista Airline Business, tgħodd in-numru 194 fost l-aqwa mitejn linja tal-passiġġieri fid-dinja. AZZURRAair S.p.A. hi l-ħames l-akbar linja ta’ l-ajru fl-Italja kemm għad-daqs tal-flotta tagħha u għan-numru ta’ passiġġieri li ġġorr.
AZZURRAair S.p.A. hi bbażata fl-Italja u fir-RenjuUnit u l-Kwartieri Ġenerali tagħha jinsabu f’Gallarate qrib l-ajruport ta’ Milano Malpensa. Dan l-ajruport hu l-fus ta’ l-operat ta’ din il-kumpanija. Il-kumpanija timpjega madwar 420 persuna.
AZZURRAair S.p.A. għandha storja ta’ profittabilitàfl-operat charter tagħha iżda konsistentement tilfet il-flus fl-operat skedat tagħha li sewa lill-kumpanija telf fis-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2002 ta’ Lm9 miljun.
7 Group p.l.c. qablet li tixtri 99.86% ta’ l-AZZURRAairS.p.A. mingħand l-Air International Services S.r.l. u mingħand l-Air Malta p.l.c.
S’issa 7 Group p.l.c. kiseb il-50.68% ta’ l-ishmafl-AZZURRAair S.p.A. li kellha f’idejha l-Air International Services S.r.l. Id-49% ta’ l-ishma li għad baqa’ għand l-Air Malta p.l.c. jgħaddu għand 7 Group p.l.c. meta u jekk l-Air Malta tirċievi l-approvazzjoni tal-bankiera tagħha. Dan hu mistenni li jsir ma jdumx.
Meta dan jiġri 7 Group p.l.c. issir is-sid waħdienita’ l-AZZURRAair S.p.A..
Il-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoniu l-Investiment u l-Air Malta p.l.c. ser jagħtu aktar dettalji dwar il-ftehim ma’ 7 Group p.l.c. meta u jekk dan jiġi konkluż.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow