Left arrow Mur Lura

Htiega li s-settur privat jhares lejn l-opportunitajiet li jezistu barra minn Malta

pr1125
Date Icon 01/10/2003
Huwa importanti li s-settur privat fil-qasam tat-teknologijatal-informazzjoni, jhares lejn l-opportunitajiet li jezistu ‘il hinn minn xtutna." Dan qalu l-Ministru responsabbli mit-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Dr. Austin Gatt, meta kien qed jindirizza seminar organizzat mill-kumpanija Megabyte, rapprezentanti f’Malta tal-kumpanija internazzjonali tas-software MICROS FIDELIO.
Fid-diskors tieghu l-Ministru Gatt, spjega li tuldawn l-ahhar tliet snin saret hidma siewja biex "filwaqt li nizguraw li jkollna f’posthom il-pilastri principali biex nibnu socjeta’ u ekonomija ta’ l-informazzjoni ta’ l-oghla livell, inharrgu f’pajjizna r-rizorsi umani necessarji ghall-izvilupp ta’ dan is-settur."
Il-Ministru Gatt semma li rridu nharsu ‘l quddiem urridu nkomplu nahdmu biex naghmlu minn Malta c-centru regjonali ta’ eccellenza f’dan il-qasam. Pajjizna huwa moghni minn ghadd ta’ vantaggi li fuqhom, bl-impenn ta’ kullhadd, nkunu nistghu nilhqu dan il-ghan.
F’dan il-qasam, bhal qasam tat-turizmu, il-Gvernjrid ikun l-ixprun li jimmotiva u flimkien mal-partijiet kollha, jfassal l-istrategija ghas-snin li gejjin. Imnebbah minn dan il-hsieb, kien il-holqien tal-Kunsill Konsultattiv Nazzjonali ghal Socjeta’ tal-Informazzjoni. Dan il-kunsill jghaqqad flimkien 50 organizzazzjoni, li msiehba flimkien mal-Gvern, jfasslu l-politika strategika ghas-snin li gejjin.
Austin Gatt inkoragixxa lis-settur privat biexjikkoncentra l-isforzi tieghu sabiex jaghraf jisfrutta l-opportunitajiet li joffri s-suq internazzjonali u flimkien ma’ partners internazzjonali, jiggeneraw l-investiment necessarju ghal dan il-pajjiz. Huwa qal, li konxju mill-hiliet tal-Malti u l-vantaggi li toffri din il-gzira, dan il-ghan jista’ jintlahaq.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow