STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN DWAR IL-FINANZJAMENT TAL-KUNSILLI LOKALI
pr1124
01/10/2003
| Fil-laqgħa tas-Sindki li saret nhar il-Ġimgħa 26 u s-Sibt 27 ta' | Settembru 2003, ġiet diskussa il-miżura li tħabbret mill-Ministru tal-Finanzi fejn kien ħabbar li l-Ministeri u d-Dipartimenti kollha tal-Gvern ma setgħux jikkommettu aktar minn disgħin fil-mija tal-vot tagħhom. |
| turalment billi il-Kunsilli Lokali huma entitajiet li | jieħdu r-riżorsi tagħhom mingħand il-Gvern Centrali u billi l-allokazzjoni tagħhom tifforma parti mill-vot tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, il-Kunsilli Lokali ukoll ġew effetwati b'din il-miżura. |
| Wara diskussjonijiet bejn il-Ministru tal-Ġustizzja | u l-Intern u l-Ministru tal-Finanzi, biex dan l-impatt ma jkunx wieħed qawwi, ġie deċiż li f'każ tal-Kunsilli Lokali, din il-miżura m'għandiex tkun ta' aktar minn ħamsa fil-mija. |
| B'żieda ma' dan, il-Ministru tal-Ġustizzja u | l-Intern ħass il-ħtieġa li flimkien mal-Ministru tal-Finanzi jemenda dik il-parti tar-Regolamenti Finanzjari tal-Kunsilli Lokali li tistipula li Kunsill għandu jżomm bilanċ pożittiv ta' għaxra fil-mija ta' l-allokazzjoni tiegħu billi għal din is-sena finanzjarja, din titnaqqas għal ħamsa fil-mija. Ta' min ifakkar ukoll illi l-istess regolamenti jistipulaw li Kunsill li juri riżultat pożittiv konsistentement, ikun jista' jagħmel talba lill-Ministru biex jitneħħa dan ir-rekwiżit. B'hekk il-Kunsill ikun f'qagħda finanzjarja aħjar. |
| Fl-aħħarnett, tajjeb wieħed iżid ukoll li permezz | tal-ħafna inizjattivi li daħħal il-Gvern preżenti l-Kunsilli Lokali qiegħed ikollhom dħul addizzjonali għal dak li qiegħed itihom il-Gvern Centrali skond il-formula tal-finanzjament. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en