Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN DWAR IL-FINANZJAMENT TAL-KUNSILLI LOKALI

pr1124
Date Icon 01/10/2003
Fil-laqgħa tas-Sindki li saret nhar il-Ġimgħa 26 u s-Sibt 27 ta'Settembru 2003, ġiet diskussa il-miżura li tħabbret mill-Ministru tal-Finanzi fejn kien ħabbar li l-Ministeri u d-Dipartimenti kollha tal-Gvern ma setgħux jikkommettu aktar minn disgħin fil-mija tal-vot tagħhom.
turalment billi il-Kunsilli Lokali huma entitajiet lijieħdu r-riżorsi tagħhom mingħand il-Gvern Centrali u billi l-allokazzjoni tagħhom tifforma parti mill-vot tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, il-Kunsilli Lokali ukoll ġew effetwati b'din il-miżura.
Wara diskussjonijiet bejn il-Ministru tal-Ġustizzjau l-Intern u l-Ministru tal-Finanzi, biex dan l-impatt ma jkunx wieħed qawwi, ġie deċiż li f'każ tal-Kunsilli Lokali, din il-miżura m'għandiex tkun ta' aktar minn ħamsa fil-mija.
B'żieda ma' dan, il-Ministru tal-Ġustizzja ul-Intern ħass il-ħtieġa li flimkien mal-Ministru tal-Finanzi jemenda dik il-parti tar-Regolamenti Finanzjari tal-Kunsilli Lokali li tistipula li Kunsill għandu jżomm bilanċ pożittiv ta' għaxra fil-mija ta' l-allokazzjoni tiegħu billi għal din is-sena finanzjarja, din titnaqqas għal ħamsa fil-mija. Ta' min ifakkar ukoll illi l-istess regolamenti jistipulaw li Kunsill li juri riżultat pożittiv konsistentement, ikun jista' jagħmel talba lill-Ministru biex jitneħħa dan ir-rekwiżit. B'hekk il-Kunsill ikun f'qagħda finanzjarja aħjar.
Fl-aħħarnett, tajjeb wieħed iżid ukoll li permezztal-ħafna inizjattivi li daħħal il-Gvern preżenti l-Kunsilli Lokali qiegħed ikollhom dħul addizzjonali għal dak li qiegħed itihom il-Gvern Centrali skond il-formula tal-finanzjament.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow