ŻJARA TAL-KUMMISSARJU EWROPEW GĦALL-BIEDJA U S-SAJD F’MALTA
pr1122
30/09/2003
| Il-Kummissarju Ewropew għall-Biedja u s-Sajd, Franz Fischler, se jkun | fuq żjara uffiċjali f’Malta bejn il-Ħamis 2 u s-Sibt 4 ta’Ottubru. |
| Matul iż-żjara uffiċjali tiegħu, Franz Fischler | se jżur lill-President ta’ Malta, u se jkollu laqgħat uffiċjali mal-Prim Ministru u mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin. Il-Kummissarju Ewropew se jkollu wkoll taħdidiet bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u ma’ l-ogħla uffiċjali tal-Ministeru. |
| Fil-jiem taż-żjara tiegħu, Fischler se jżur | razzett fejn jiġi prodott il-ħalib u se jżur ukoll għelieqi u fabbrika ta’ l-ipproċessar tat-tadam f’Għawdex. Hu se jkollu wkoll laqgħat ma’ rappreżentanti tal-bdiewa, sajjieda kif ukoll mal-korpi kostitwiti. Hu se jiltaqa’ wkoll ma’ produtturi ta’ l-inbid u ma’ rappreżentanti ta’ koperattivi tal-bhejjem. Se tittella’ wkoll lejla tradizzjonali Maltija fl-Imġarr, Malta. |
| Franz Fischler se jkun akkumpanjat minn martu u minn | uffiċjali għolja mill-Kummissjoni Ewropea. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en