AKTAR MINN ELF ŻAGĦŻUGĦ U ŻAGĦŻUGĦA ĦADU SEHEM FIL-PROGRAMM YOUTH TA’ L-UNJONI EWROPEA
pr1121
30/09/2003
| Aktar | minn elf żagħżugħ u żagħżugħa Maltin ħadu sehem fil-programm YOUTH tal-Unjoni Ewropea minn meta dan ġie varat fi Frar 2001. |
| Meta | kien qed jindirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha tnediet il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett qal li f'dawn is-sentejn u nofs, il-Kummissjoni responsabbli minn dan il-programm f'Malta irreġistrat suċċess kbir u progress speċjalment meta tqis li din riedet trabbi ukoll kultura ta' parteċipazzjoni fost iż-żgħażagħ Maltin. |
| Il-Ministru | żied li mat-83 għaqda pparteċipaw f'dan il-programm permezz tal-proġetti tagħhom. Hu qal li dawn kienu jinkludu kunsilli lokali, għaqdiet reliġjużi, oħrajn soċjali u sportivi, għaqdiet ambjentali, professjonali u anke għaqdiet ta' persuni b'diżabilità. Il-Ministru Mugliett faħħar l-iniżjattivi ta' wħud mill-kunsilli lokali li ħadu sehem, partikolarment il-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz li rnexxielu jikseb fondi minn dan il-programm biex jorganizza proġett b'tema sportiva. Hu żied jgħid li b'hekk dan il-Kunsill seta' jorganizza attivitajiet li x'aktar ma kienx isib biżżejjed flus għalihom fil-budget regolari tiegħu. |
| Skond | l-aħħar figuri n-numru ta' proġetti li ġew aċċettati f'Malta huwa 93. Il-proġetti kienu jvarjaw minn skambji ta' żgħażagħ għal parteċipazzjoni fis-Servizz Volontarju Ewropew. B'kollox, 1,015 żagħżugħ u żagħżugħa pparteċipaw fil-programm fi ftit aktar minn sentejn u nofs. L-ammont ta' fondi li intużaw matul l-istess żmien kien ilaħħaq is-€777,256. |
| Il-Ministru | żied li meta tħares lejn dawn in-numri tinduna kemm għall-għaqdiet taż-żgħażagħ f'Malta, programmi bħal YOUTH saru sors ta' fondi aktar importanti mis-sorsi nazzjonali. |
| "Illum | hemm iktar fondi mill-programm YOUTH għal dan it-tip ta' progetti milli hemm fil-budget nazzjonali. Naturalment, biex isir użu minn dawn il-fondi, wieħed jintalab jagħti dimensjoni internazzjonali lill-proġett tiegħu. Dan minnu innifsu huwa stimolu biex iż-żgħażagħ tagħna joħorġu b'idejat innovattivi," kompla jgħid il-Ministru. |
| Il-Ministru | semma ukoll il-Euro-Med Youth Action Programme - programm ieħor li jaqa' taħt il-kappa tal-YOUTH programme - li l-platform tiegħu ġiet varata f'Malta propju ġimgħatejn ilu. Hu qal li dan huwa sors ieħor ta' fondi għal proġetti miż-żgħażagħ. |
L-Onor. Mugliett temm jgħid li aktar milli joffri opportunitajiet biss għaż-żgħażagħ u għall-ħidma fosthom, dan il-programm qed joffri ċans ta' preparazzjoni għad-dinja t'għada. Hu qal li minbarra esperjenzi importanti, YOUTH jagħti lil dawk li jieħdu sehem fih il-mentalità li għandhom bżonn biex jisfruttaw programmi oħra tal-Unjoni Ewropea fil-futur.
| Intant, | tħabbar li l-Kummissjoni reponsabbli mill-programm YOUTH qed torganizza ġimgħa ta' attivitajiet u ta' tixrid ta' informazzjoni f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. L-attivijiet ser isiru bejn id-29 ta' Settembru u l-5 t'Ottubru. |
| Il-ġimgħa | ta' attivitajiet qed issir f'kull pajjiż ta’ l-Ewropa li jipparteċipa fil-programm YOUTH. L-għanijiet huma li tingħata informazzjoni dwar ir-riżultati li nkisbu mill-programm, tiżdied l-awareness dwaru u biex tinxtered l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ġodda li jkunu qed jiġu offruti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en