L-istorja tagħżilna minn ġnus oħra u tagħmilna Maltin
| Waqt | li kien qed jinawgura kompetizzjoni ta’ ritratti u wirja bit-tema “Treasuring our unique heritage – a key to success in tourism”, il-Ministru għat-Turiżmu Francis Zammit Dimech qal li Malta kienet mużew ħaj ta’ teżori ta’ arkitettura, kultura u arti li ħallew il-marka tagħhom fuq pajjiżna u għamlu minnha nazzjon indipendenti bil-karateristiċi kollha li dan iġib miegħu. |
| Francis | Zammit Dimech qal li l-istorja ta’ Malta tmur lura 7000 sena b’tempji preistoriċi li huma antiki aktar mill-piramidi u ‘Stonehenge’. Minħabba l-pożizzjoni strateġika ta’ pajjiżna f’nofs il-baħar Mediterran, li għal eluf ta’ snin kien jitqies bħala ċ-ċentru tad-dinja magħrufa ta’ dak iż-żmien, Malta kienet kunsidrata bħala f’nofs il-benniena taċ-ċivilizzazzjoni u kienet maħkuma mill-qawwiet kollha li kienu jmexxu d-dinja. |
| L-ewwel | nies primittivi bnew f’pajjiżna madwar 30 tempju li wħud minnhom huma fost l-aqwa kostruzzjonijiet preistoriċi li jeżistu fid-dinja. Qal li fost dawn hemm it-tempji tal-Ġgantija, Mnajdra, Ħaġar Qim, it-tempji ta’ Ħal Tarxien u l-Ipoġew. Hu qal li wħud minn dawn inbnew b’sengħa kbira u għalhekk jistgħu jitqiesu li kienu l-ewwel xogħlijiet arkitettoniċi mhux biss f’pajjiżna iżda fid-dinja. |
| Dawn | it-tempji jindikaw li dawk li għexu fi Żmien il-Ġebel ħasbu mhux biss biex jipprotteġu l-familji tagħhom iżda anke fl-ispirtu u fil-ħajja li tiġi wara. Hu qal li dan jidher mill-villaġġi fewdali li nbew f’Borġ in-Nadur f’Birżebbuġa u fil-Baħrija u mill-oqbra li nstabu fil-blat mxerrda mal-pajjiż kollu. |
Dr. Zammit Dimech qal li pajjiżna għadda taħt ħafna ħakmiet. Kien taħt il-Għarab, ir-Rumani, in-Normanni. L-era li l-aktar li ħalliet il-marka tagħha fuq pajjiżna kienet dik ta’ l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann li mhux biss bnew il-belt kapitali Valletta bit-teżori u r-rikkezzi kollha li fiha iżda saħħew il-fortifikazzjonijiet madwar l-Birgu, l-Isla u Bormla bis-swar tal-Kottonera, bnew il-Floriana, għexiren ta’ torrijiet u fortifikazzjonijiet oħrajn. Din kienet l- epoka li matulha artisti kbar ta’ dawk iż-żminijiet bħal Caravaggio, Paladini, Mattia Preti u D’Aleccio kienu kummisjonati mill-Ordni ta’ San Ġwann biex ħallew Malta xogħlijiet uniċi ta’ l-arti. L-Ingliżi warajhom ukoll ħallewlna parti mill-istorja bil-bini ta’ fortifikazzjonijiet fosthom il-Victoria Lines li jaqsmu lil Malta minn naħa għall-oħra.
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li dan il-patrimonju hekk importanti għalina u għad-dinja jqiegħed fuq pajjjiżna piż kbir mhux biss biex inħarsuh iżda wkoll biex inħalluh aħjar milli sibnieħ. F’dan ir-rigward diversi amministrazzjonijiet bħal dik preżenti waqqfu l-infrastruttura meħtieġa biex bini storiku jiġi restawrat u riabilitat. Għal dan l-iskop twaqqfu il-Proġetti għar-Riabiltazzjoni tal-Belt Valletta, il-Kottonera u l-Imdina. Twaqqaf ukoll il-Unit għar-Restawr fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet. Barra minn hekk, twaqqaf ukoll iċ-Ċentru Nazzjonali għar-Restawr. Dawn kollha kienu qed jagħtu sehemhom biex bini storiku u fortifikazzjonijiet jiġu riabilitati u restawrati. |
| Francis | Zammit Dimech qal li l-Gvern minbarra milli wettaq xogħlijiet importanti ta’ restawr bħal dak tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, taċ-Ċentru għall-Konferenzi tal-Mediterran u tal-faċċata tal-Knisja ta’ Santa Caterina d’Italia qiegħed jesiġi f’kuntratti ta’ proġetti kbar bħal dak tal-Kottonera, Manoel Island u l-Ponta ta’ Tigne u l-Cruise Liner Passenger Terminal li bini storiku li jifforma parti mill-proġett jiġi restawrat. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li din il-ħidma qed tagħmel lill-poplu kollu aktar konxju mill-wirt storiku ta’ pajjiżna li mhux biss qed japprezza dak li għandna iżda permezz ta’ għaqdiet volontarji qed jagħti wkoll sehmu biex inħarsuh. |
| L-istorja | u l-kultura f’pajjiżna huma wkoll niċċa mportanti tas-settur turistiku. Hu qal li eluf ta’ turisti jiġu pajjiżna preċiżament biex jgħixu l-esperjenza ta’ 7000 sena ta’ storja. Fost dawn it-turisti qed jikber in-numru ta’ viżitaturi mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u mill-Ġappun li fil-vjaġġ tagħhom lejn l-Ewropa qed iżuru Malta. L-istorja millenarja ta’ Malta qed tiġbed lejn pajjiżna storiċi, arkeoloġiċi, skulari u xjenzati minn diversi pajjiżi tad-dinja. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li l-wirt storiku ta’ pajjiżna jagħżilna minn ġnus u nazzjonijiet oħra u jagħmilna Maltin. Dan kollu jpoġġi fuq spallejna responsabbilta’ kbira. Responsabbilta’ li nħarsu dak li għandna u nħalluh aħjar milli sibnieh lil ta’ warajna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en