Messaġġ mill-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tat-Turiżmu – “Sehem kulħadd biex is-settur turistiku jkompli jikber”
pr1110
29/09/2003
| Malta | illum tingħaqad mal-bqija tad-dinja biex tfakkar il-Jum Dinji tat-Turiżmu. |
| It-turiżmu | hu għal pajjiżna sors importanti ta’ dħul u ta’ impjiegi. Fost il-pajjiżi kollha msieħba fl-Unjoni Ewropea, u anke fost dawk li magħna se jissieħbu fl-1 ta’ Mejju tas-sena d-dieħla, Malta hi l-aktar pajjiż li jiddependi mis-settur turistiku. Malta għandha popolazzjoni ta’ 400,000 u jżuruna qrib il-1.2 miljun turist, jew tliet turisti għal kull abitant ta’ dawn il-gżejjer. Franza b’popolazzjoni ta’ 60 miljun, hi l-pajjiż li l-aktar li jżuruha turisti. Is-sena li għaddiet żaruha 76.7 miljun turisti jew ftit izjed minn turist għal kull membru tal-popolazzjoni. Dan waħdu juri kemm aħna niddependu mit-turiżmu għall-għajxien tagħna aktar minn ħaddieħor. |
| Iżda | hemm fatturi oħra li juru l-importanza ta’ dan is-settur. Jirriżulta minn studju kummissjonat dwar l-impatt ta’ l-industrja tat-turiżmu fuq l-ekonomija nazzjonali li t-turiżmu jikkontribwixi 25 fil-mija ta’ l-ekonomija, 22 fil-mija tad-dħul tal-Gvern u 28 fil-mija ta’ l-impjiegi, ekwivalenti għal madwar 40,000 impjieg. Dan kollu juri kemm hu importanti dan is-settur għall-ekonomija nazzjonali. Dejjem ngħidu li minn dan is-settur jiekol kulħadd. U għalhekk hu importanti li kulħadd jagħti sehmu biex dan is-settur ikompli jikber u jkattar il-ġid. |
| L-aħħar | snin kienu snin ta’ taqlib għas-settur turistiku riżultat ta’ l-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Settembru 2001 u ta’ attakki oħra f’lokalitajiet turistiċi li seħħew minn dik id-data ’l hawn. Dawk l-attakki wasslu biex naqas in-numru ta’ dawk li siefru. Dan ġab miegħu l-falliment ta’ numru ta’ linji ta’ l-ajru. Is-settur turistiku ntlaqat ukoll mill-inkwiet ekonomiku li qed jaffetwa l-aktar ekonomiji b’saħħithom tad-dinja. Intlaqat mill-gwerra fl-Iraq u mill-marda tas-Sars. Iżda s-settur turistiku, bħal dejjem, wera li kapaċi jirkupra u fi żmien qasir. Dejjem irnexxielu joħroġ mill-kriżijiet ferm aktar f’saħħtu għaliex illum li tieħu vaganza barra pajjiżek saret parti mill-ħajja. Għal ħafna saret ukoll parti minn lifestyle. |
| F’pajjiżna | s-settur turistiku ma’ ħelisx mir-riperkussjonijiet tal-pressjonijiet negattivi li laqtuħ. Pajjiżna hu parti mid-dinja u għalhekk dak li jiġri madwarna u ’l bogħod minnha jaffetwana ukoll. Kien għalhekk li wara l-ġrajjiet tal-2001 pajjiżna naqqas fin-numru ta’ turisti li żaruna. L-istess ġara fl-2002. |
| Din | is-sena bdejniha fuq nota pożittiva. Iżda naqqasna f’Marzu sew minħabba l-gwerra fl-Iraq, sew minħabba li l-festa tal-Għid ġiet f’April u anke minħabba l-marda tas-Sars. Wara April bdejna nirpiljaw biex sa nofs is-sena konna lħaqna u ssuperajna n-numru ta’ turisti li żaruna fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra. Sa Ġunju żaru pajjiżna 497,029 turist jew 14,845 iżjed mill-istess perijodu is-sena ta’ qabel. Din iż-żieda hi ekwivalenti għal 3.1 fil-mija. Aktar importanti hu l-fatt li fl-ewwel ħames xhur tas-sena d-dħul mit-turiżmu kien ta’ Lm8 miljun, jew 9.8 fil-mija aktar mill-istess perijodu s-sena ta’ qabel. Bil-ħidma li qed titwettaq minn dawk kollha involuti f’dan is-settur l-isperanza tagħna hi li din is-sena tkun aħjar mis-sena li għaddiet biex hekk nerġgħu nibdew nirpiljaw dak li tlifna fl-aħħar snin. |
| Meta | nitkellmu dwar it-turiżmu rridu nifhmu li pajjiżna għandu kompetizzjoni kbira mhux biss minn pajjiżi Ewropej iżda wkoll minn pajjiżi li bħalna jisporġu fuq il-baħar Mediterran. Pajjiżna ma rridux inħarsu aktar lejh bħala biss destinazzjoni turistika iżda aktar bħala esperjenza fejn min iżuruna jiġi mhux biss għax-xemx, ir-ramel u l-baħar iżda biex jieħu sehem f’konferenzi u inċentivi, biex jipprattika l-isport tiegħu, għall-istudju ta’ l-Ingliż, biex jiskopri l-wirt storiku u kulturali, l-knejjes u l-festi tagħna u niċeċ oħra marbuta mal-folklor ta’ pajjiżna. |
| Pajjiżna | qed isir dejjem aktar popolari ma’ viżitaturi fuq cruise liners u yachts. Dan kollu jitlob li nkomplu ntejjbu l-prodott tagħna. U dan nemmen li qed nagħmluh mhux biss billi llum għandna numru sabiħ ta’ Lukandi Five Star li joffru faċilitajiet għal konferenzi kbar minn kumpanniji li qed iġibu lejn pajjiżna eluf ta’ nies iżda billi qed intejjbu l-faċiliajiet sportivi, qed jinbnew yacht marinas ġodda, bħal dik tal-Kottonera li kelli l-unur ninawgura riċentament, u qed ikun żviluppat Cruise Liner Passenger Terminal li se jkun attrazzjoni għal min iżur pajjiżna f’dan il-qasam hekk importanti. |
| Il-prodott | tagħna ma jappellax għat-turisti jekk pajjiżna ma jkunx nadif, jekk ma nurux l-ospitalita’, li għaliha aħna magħrufin, ma’ kull min iżurna. Għalhekk hu importanti li kulħadd jagħti sehmu biex it-turiżmu jkompli jitkattar u minnu jkompli jiekol kulħadd. |
| It-tema | magħżula din is-sena mill-Organizazzjoni Dinjija għat-Turiżmu għall-Jum Dinji tat-Turiżmu hu “It-tnaqqis tal-faqar, Ħolqien ta’ impjiegi u Armonija soċjali” – tliet punti li dwarhom irridu nixtarru u naħdmu biex ikollna dinja aħjar fejn tonqos l-inġustizzja u l-ġid jitqassam aħjar. F’dinja fejn ħafna għandhom imniħerihom fix-xgħir ma rridux ninsew li hawn miljuni li mejtin għal qatra. |
| Fid-dinja | illum hawn 4,000 miljun persuna affetwati mill-faqar. Hawn 2,000 miljun li jgħixu b’inqas minn dollaru kuljum! Meta l-Organizazzjioni Dinjija għat-Turiżmu għażlet din it-tema għal din is-sena il-14 il-Assemblea Ġenerali espremiet bil-qawwa r-rieda tagħha li tapoġġja waħda mill-problemi ewlenin elenkati fil-Miri tan- Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp f’dan il-Millenju filwaqt li ħarset lejn ir-rwol fundamentali tat-turiżmu bħala strument pożittiv lejn it-tnaqqis tal-faqar, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi kif ukoll il-kontribut lejn l-armonija soċjali. |
| M’hemmx | dubbju li t-turiżmu hu strument għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda mhux biss fil-lukandi, ristoranti u postijiet ta’ divertiment iżda wkoll fil-qasam agrikolu, tas-sajd, ta’ l-infrastruttura. It-turiżmu hu settur li joħloq impjiegi f’kull qasam ta’ l-ekonomija. Għalhekk insostnu li mit-turiżmu jiekol kulħadd. F’pajjiżna mat-turiżmu, direttament u indirettament, jaħdmu 40,000 persuna. Fl-Unjoni Ewropea it-turiżmu jagħti impjieg dirett lil tmien miljun persuna u 20 miljun impjieg meta nikkunsudraw l-ekonomija marbuta ma’ dan is-settur. Fid-dinja kollha s-settur turistiku jdawwar aktar minn 500 biljun Euro bin-numru ta’ dawk li jaħdmu miegħu jlaħħaq għexiren ta’ miljuni. Numru li dejjem qed jikber. Għal pajjiżi fl-Afrika, l-Lvant Imbiegħed, l-Amerika Ċentrali t-turiżmu sar sors ta’ dħul barrani u ta’ miljuni ta’ impjiegi li ma kenux jinħolqu li kieku ma kienx għal dan is-settur. Dan is-settur qiegħed għalhekk fil-prattika jagħti kontribut qawwi biex jitnaqqas il-faqar u biex il-ġid fid-dinja jinqasam b’mod aktar ekwu. |
| It-turiżmu | qed iwassal ukoll biex il-popli jifhmu aktar lil xulxin. Daqskemm hu importanti li l-mexxejja tad-dinja jitkellmu flimkien biex jifhmu lil xulxin u jsovu l-problemi li jinqalgħu hu daqshekk ieħor importanti li n-nies minn diversi pajjiżi, kulturi u reliġjonijiet jitħalltu u jifhmu aktar lil xulxin. It-turiżmu bla dubbju ta’ xejn jilħaq dan l-iskop għaliex nies minn pajjiż jiltaqgħu u jitħalltu ma’ nies minn pajjiżi oħra, jitkellmu flimkien, jaqsmu flimkien il-problemi tagħhom u hekk jikkontribwixxu biex jaqgħu ħitan ideoloġiċi u ta’ inkomprensjoni li kissru tant popli u wasslu għal gwerer u għawġ. |
| Is-settur | turistiku hu l-aktar settur li qed jikber fid-dinja. Dan għaliex hu settur mibni fuq ix-xewqat ta’ l-individwu li jrid igħix aħjar u jtejjeb dejjem aktar il-livell tal-għajxien tiegħu. F’pajjiżna is-settur turistiku kiber minn xejn għal dak li hu llum fl-aħħar 40 sena. Illum hu wieħed mit-tliet pilastri ewlenin ta’ l-ekonomija ta’ pajjiżna li flimkien irridu naħdmu biex ikompli jitkattar għall-ġid ta’ kulħadd. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en