Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI:Riklam qarrieqi tal-GWU

PR111
Date Icon 28/01/2003

Ir-riklam fuq paġna sħiħa li l-Uffiċċju Informazzjoni tal-GWU ippublika fil-ħarġa ta’ "l-Orizzont" tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar il-programm tal-UE Leonardo Da Vinci, huwa għal kollox qarrieqi.

F’dan ir-riklam jingħad li “Dak kollu offrut minn programmi ta’ l-Unjoni Ewropea hu aċċessibbli għalina mingħajr il-ħtieġa li nġorru l-piż li qed jimponi fuqna l-ftehim negozjat mill-Gvern ma’ l-UE”.

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jgħarraf lill-pubbliku li dan mhux veru. Il-GWU taf li l-programm Leonardo Da Vinci huwa offrut biss lill-pajjiżi membri u pajjiżi applikanti ta’ l-UE, kif ukoll lill-pajjiżi tal-EEA. Jekk Malta ma tissieħibx fl-UE, ma tkunx tista’ tkompli tieħu sehem bħalma qed tagħmel illum. Dan kien ippruvat fl-1996, meta l-Gvern Malti iffriża l-applikazzjoni u Malta ma setgħetx tgawdi minn dawn il-programmi.

F’dawn is-sentejn, fil-Programm Leonardo Da Vinci biss, ipparteċipaw mal-100 ħaddiem, aktar minn 50 student, u aktar minn 60 trainer u għalliema. Taħt l-istess programm saru wkoll żewġ proġetti pilota b’investiment mill-UE ta’ madwar 900,000 Ewro, wieħed minnhom għall-industriji ż-żgħar li twettaq mill-IPSE.

Il-GWU taf sew kemm huma ta’ benefiċċju dawn il-programmi għax hi ukoll qed tibbenefika minnhom. Hu għalhekk li fl-istess ħin li qed tgħid li "ma jaqbillekx" bi sħubija, tfaħħar il-programmi u toħlom li anke jekk ma nissieħbux inkomplu bl-istess parteċipazzjoni.

Il-fatti huma li, jekk ma nissieħbux, irridu inġorru piż finanzjarju kbir biex forsi jkollna parteċipazzjoni limitata. Parteċipazzjoni limitata tfisser li pajjiżna ma jkunx jista joħloq u jmexxi programmi hu stess. Parteċipazzjoni limitata tfisser anqas opportunitajiet u anqas benefiċċji għall-Maltin kollha.

Il-GWU qed tgħid li dan ir-riklam għamlitu biex "il-qarrej ikun jaf aktar dwar x'inhuma l-konsegwenzi ta' dak miftiehem ma' l-UE". Il-GWU għandha l-obbligu tippreżenta stampa ċara u korretta u għalhekk trid tgħid ukoll x'inhuma l-konsegwenzi għal pajjiżna jekk nibqgħu barra. Il-fatti huma ċari, bi sħubija l-parteċipazzjoni toktor. Jekk nibqgħu barra inkunu qed nitilfu opportunitajiet kbar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow