MESSAGG TA’ L-ONOR DR. FRANCIS AGIUS, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT IL-PREMJU ANZJAN TAS-SENA 2003 – QAWRA
pr1108
27/09/2003
| Din | hi l-ghaxar sena li qed jinghata l-Premju Anzjan tas-Sena imma ghalija hija l-ewwel okkazjoni bhala Segretarju Parlamentari gdid. Il-hsieb u l-iskop wara dan il-gieh jibqa’ dejjem l-istess - dak li jsir rikonnoxximent min-naha tal-Gvern tal-hidma ta’ l-anzjani nisa u rgiel fis-socjeta' taghna. L-anzjan maghzul huwa s-simbolu ta’ l-anzjani u mhux xi super-anzjan. Anzi ahna nixtiequ li permezz ta’ din l-attivita' nifthu izjed u nhaddnu iktar anzjani ta' Malta u Ghawdex. Il-hidmiet differenti li l-anzjani taghna jidhlu ghalihom jitolbu li wiehed ikun irid jifli sew il-kontribut li jkun qed jinghata lis-socjeta` - dak li jissarraf fil-'gid komuni'. Il-kuncett tal-gid komuni huwa marbut intrinsikament ma’ l-anzjani. Dan ghaliex l-anzjani taw il-hin kollu ta’ hajjithom biex jibnu l-familja taghhom kif ukoll is-socjeta' li nghixu fiha llum. Il-Papa prezenti, zgur bla dubju xempju ta anzjan attiv, jitkellem u jishaq li ahna ghandna dejjem infittxu l-gid komuni. |
| L-ghanijiet | tal-premju iridu jirriflettu ukoll ix-xejriet fis-socjeta` Maltija. Dan is-Segretarjat se jishaq izjed fuq dawk l-attivitajiet li jnaqqsu d-dipendenza ta’ l-anzjani fuq l-ohrajn, u ngiebu ’l quddiem dak li bl-Ingliz jissejjah 'active ageing'. Matul ix-xhur u s-snin li gejjin nixtieq nara inizjattivi li jqarrbu l-anzjani u z-zaghzagh, l-anzjani u t-tfal, il-valur tan-nanniet u aspetti ohrajn li fil-hajja mghaggla jistghu jithallew mat-triq. L-anzjani huma ghajn ta’ taghrif u taghlim u rridu nsibu l-mezzi u n-nies li jergghu jirxuxtawhom u jtuhom il-hajja. |
| Nixtieq | nirringrazzja li kull min b'xi mod ghen biex din is-serata tkun success. L-ewwelnett l-istess anzjani, sew dawk nominati sew dawk mhumiex. |
| Minhabba | forsi c-cokon taghna rridu neghlbu xi piki li jistgu jinbtu jew xi hsieb ta' politika partiggjana. Huwa ghalhekk li min qalbi nirringrazzja il-kumitat ta' l-ghazla li accettaw u hadmu biex issir ghazla bilancjata. Kull ghazla fiha id-diffkultajiet taghha ghaliex minnha nnfisha tfisser li trid thalli xi hadd barra. |
| Nixtieq | ukoll nirringrazzja lil ufficjali kollha tas-Segretarjat li bhali dan hu xoghol gdid ghalina lkoll. |
| Habat | tajjeb hafna wkoll li din is-serata tal-Premju Anzjan tas-Sena 2003 inzertat illum, is-27 ta Settembru hija l-festa ta San Vincenz de Paule li hadem tant fost l-anzjani. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en