STQARRIJA MILL-VICI PRIM MINISTRU DWAR IN-NEGOZJATI GHAL FTEHIM KOLLETTIV GDID GHALL-HADDIEMA TAT-TARZNA
pr1107
27/09/2003
| Illum inzammet laqgha | bejn il-management tal-Malta Drydocks u rapprezentanti tal-General Workers Union biex ikunu trattati l-punti ta’ nuqqas ta’ qbil li rrizultaw waqt in-negozjati ghal ftehim kollettiv gdid ghall-haddiema tat-Tarzna. Din il-laqgha kienet presjeduta mill-Vici Prim Ministru, l-Ministru tal-Finanzi u l-Ministru ghat- Teknologija ta’ l-Informazzjoni u Investimenti. |
| Il-laqgha bdiet | fid-9.00 ta’ filghodu u waqfet fis-2.30 pm. Ghalkemm sar progress fuq numru ta’ punti li kienu ghad-diskussjoni, baqa ma ntlahaqx qbil dwar il-pagi. Il-management ippropona struttura gdida li permezz taghha iz-zidiet ikunu biss relatati mal-produttivita u mal-qliegh fuq ix-xoghol li jkun qieghed isir. B’hekk jitnaqqas it-telf ta’ kull sena tat-tarzna li bhalissa hu ta’ ‘l fuq minn Lm 15 il-Miljun lira fis-sena. Din is-sistema gdida hi krucjali biex il-pjan ta’ ristrutturazzjoni jkun jista jsehh kif ippjanat. |
| Ir-rapprezentanti tal-General | Workers Union ma accettawx din il-proposta u ghalhekk il-laqgha intemmet minghajr ma kien hemm qbil. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en