Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CARMELO MIFSUD BONNICI JINTERVJENI WAQT KONFERENZA IMNEDIJA MILL-ASSOCJAZZJONI TAL-KUNSILLI LOKALI F’GHAWDEX

pr1106
Date Icon 26/09/2003
Waqtli s-segretarju Parlamentari Dr. Carmelo Mifsud Bonnici kien mistieden li jattendi ghall-konferenza mniedja mill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fl-Imgarr, Ghawdex, huwa intervjena fuq is-suggett tal-Youth Programme.
Is-SegretarjuParlamentari qal li hija hasra li dan il-programm ma huwiex maghruf bizzejjed u dan sija mill-pubbliku, b'mod partikolari z-zghazagh ta’ bejn il-hmistax u l-hamsa u ghoxrin sena, kif ukoll mill-kunsilli lokali stess li jistghu jkunu promoturi taghhom. Kien pass tajjeb dak li bih l-assocjazzjoni ghazlet li tiddiskuti dan is-suggett sabiex jinghata importanza u wiehed jibda jirrejalizza l-vantaggi kbar li dan ghandu. Sfortunatament fid-dinja tal-lum hemm numru ta’ opportunitajiet li qeghdin hemm sabiex jigu uzati li izda jibqu mhux utilizzati ghas-semplici raguni li ma hemmx bizzejjed informazzjoni u impenn.
Fil-fattDr. Carmelo Mifsud Bonnici kompla jghid li hemm numru ta’ programmi ta’ formazzjoni u tahrig li jaghtu liz-zghazagh Maltin u Ghawdxin numru ta’ opportunitajiet ta’ skambju u esperjenzi barra minn xtutna. Is-Segretarju Parlamentari enfasizza li demokrazija tikber u tissoda aktar ma tinfirex l-edukazzjoni u terga’ u tghid it-tixrid u l-iskambju liberu ta’ l-idejat f'dibattiti u konfronti jkomplu jsahhu d-demokrazija fl-gheruq taghha. Ghax dawn il-programm jaghtu l-possibilita` liz-zghazagh kollha u minn fosthom jista’ jkollna mexxejja u promoturi futuri tal-hajja socjali u ekonomika ta pajjizna. F'dawn il-programmi jiffurmaw ruhhom ahjar sabiex ikunu difensuri futuri tad-demokrazija, tad-drittijiet fundamentali u persuni konvinti mill-bzonn ta’ aktar tolleranza u mhuh miftuha.
Il-programmYouth li huwa mmexxi tajjeb hafna f'pajjizna jaghti opportunitajiet lil zghazagh individwalment u f'gruppi li jidhlu ghall-progetti indirizzati ghall- formazzjoni ahjar tal-karattri taghhom. Di fatti hemm hames pakketti li huma l-ewwel "Youth Exchanges" it-tieni "European Voluntary Service" it-tielet "Youth Initiatives" ir-raba’ "Joint Actions" u l-hames "Support" li jippermettu skambju ta’ zghazagh taghna b'mod inqas difficli u inparti finanzjata ukoll. Hemm bzonn ghalhekk li aktar kunsilli jinteressaw rwiehom f'dawn il-programmi u heggeg sabiex jitwaqqaf sotto-kumitat fi hdan l-assocjazzjoni sabiex jghin fid-diffikultajiet li jistghu jqumu u sabiex wiehed jiehu hsieb li kull kunsill jidhol ghalih.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow