JITNIEDA L-EWWEL ABBOZZ TAL-PJAN NAZZJONALI STRATEĠIKU GĦALL-OQSMA TAT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI - ISSIR L-EWWEL SESSJONI TAL-KUNSILL NAZZJONALI DWAR IS-SOĊJETÀ TA’ L-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI
pr1105
26/09/2003
| Il-Ministru Austin Gatt, illum nieda uffiċjalment l-ewwel abbozz | tal-Pjan Nazzjonali Strateġiku għall-oqsma tat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni. (Draft National ICT Strategic Plan). Dan id-dokument ġie mniedi waqt l-laqgħa introduttorja tal-Kunsill Nazzjonali dwar is-Soċjeta’ ta’ l- Informazzjoni. |
| Għal dan il-Kunsill attendew 50 rappreżentant minn | daqstant organizzazzjonijet, fosthom Ministeri tal-Gvern, Unions, Rappreżentanti ta’ min Iħaddem, għaqdiet governattivi, operaturi li jaħdmu fis-settur tat-teknoloġija u li joperaw fil-qasam tal-mobile phones, il-Partiti Politiċi, Kunsilli Lokali, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’, il-Press Club u l-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. |
| Intant fid-diskors ta’ introduzzjoni, il-Ministru | Gatt spjega li t-twaqqif ta’ dan il-Kunsill huwa wieħed speċifiku, dik li bil-kontribut ta’ kull min hu interessat, tiġi żviluppata l-politika nazzjonali f’dan il-qasam. |
| Meta ppreżenta l-ewwel abbozz tal-Pjan Nazzjonali | Strateġiku, il-Ministru Gatt qal li wasal il-waqt li nkomplu niżviluppaw f’Malta is-soċjeta’ u l-ekonomija ta’ l-informazzjoni bl-iskop li Malta issir l-eżempju li fuqu jimxu pajjiżi ikbar minna. Austin Gatt spjega li l-viżjoni tiegħu għal pajjiżna hija li Malta tkun l-aħjar pajjiż f’ l-oqsma tat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni. |
| Fid-diskors tiegħu l-Ministru Gatt ta’ ħarsa | estensiva wkoll lejn il-kisbiet li għamel pajjiżna f’dan il-qasam. Kisbiet u avvanzi kbar li saru kemm fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ Gvern Elettroniku kif ukoll il-qerda tal-qasma diġitali. |
| Il-Ministru Gatt elenka wkoll il-punti ewlenin | fil-ħolqien tal-mudell emalta.mt. Din il-politika hija msejsa fuq l-pjan ta’ azzjoni ta’ l-eEurope u konsultazzjoni wiesgħa, u xprunata minn tmexxija politika fl-ogħla livelli tagħha. Dan humarbut mal-ħolqien ta’ l-ambjent neċessarju li jkollu aċċessibilita’ estensiva, li tkun msejsa fuq programmi ta’ edukazzjoni vasti. Austin Gatt kompla li dan għadu jintrabat mat-tisħiħ tas-settur privat, u t-tkomplija ta’ inizjattivi ta’ sħubija ma’ kumpaniji multinazzjonali. |
| Il-Ministru Gatt fisser li dawn flimkien mal-ħolqien | ta’ impjiegi, iż-żieda fil-kompetittivita’, u tkattir l-investiment għandhom jwasslu għat-tkabbir ekomomiku u titjib fil-kwalita’ tal-ħajja ta’ kull Malti u Għawdxi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en