Registrazzjoni ta’ Art Agrikola
Il-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed iniedi ezercizzju biex l-art agrikola kollha f’Malta (ta’ kull daqs) tkun registrata.
Ghal dan il-ghan, kull min jahdem xi art agrikola f’Malta (jew f’Ghawdex), u hu residenti fil- Floriana, Guardamangia, Gzira, Hamrun, L-Ibragg, Marsa, Msida, Pembroke, Pieta’, Sliema, San Giljan, Santa Venera, Swieqi, Ta’ Xbiex, u Valletta ghandu jirregistra din l-art mad-Dipartiment ta’ l-Agrikultura, fl-Ufficcju ta’ l-Extension Service, Mosta, sa nhar il-Gimgha 10 t’Ottubru 2003.
Kull min jahdem xi art agrikola f’Malta (jew f’Ghawdex), u hu residenti f’Had-Dingli, Mtahleb u Mtarfa ghandu jirregistra din l-art fl-Ufficcju tas-Servizzi Agrikoli u Zvilupp Rurali,Ghammieri, Marsa, (Malta Government Farm), sa nhar il-Gimgha 10 t’Ottubru 2003. Dan is-servizz qed jinghata bla hlas.
Ufficjali tad-Dipartiment ta’ l-Agrikultura se jkunu qed jaqdu lill-pubbliku fil-hinijiet li gejjin:
Mil-lum sat-30 ta’ Settembru: 7.30 am – 12.00 pm
Mill-1 sa l-10 t’Ottubru: 8.00 am – 2.00 pm
| Il-bdiewa ghandhom jiehdu maghhom il-Karta ta’ l-Identita, kif | ukoll xi dokumenti relevanti ghall-art li tinhadem bhalma huma l-biljett tar-raba’ u l-pjanta tar-raba’. Bdiewa li ma jkollhomx l-art taghhom irregistrata f’dan l-ezercizzju ta’ registrazzjoni jistghu ma jikkwalifikawx ghal skemi ta’ ghajnuna. Kull bidwi jinghata pjanta ta’ l-art li jahdem biex izommha bhala referenza ghal quddiem. |
| F’kaz ta’ diffikulta wiehed jista’ jcempel l-Extension Service | tal-Mosta fuq 2141 3158, l-Ghammieri fuq 2125 7084, jew is-Sezzjoni ta’ l-IACS, Ghammieri, fuq 2590 4132. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en