Jinħatar il-Bord tad-Diretturi f’Monte Carmeli
pr1087
23/09/2003
| Fl-isfond | tal-pjanijiet tal-Gvern dwar l-awtonomija fl-isptarijiet, il-Gvern għadu kemm ħatar il-bord tad-diretturi ta’ l-isptar Monte Carmeli. |
| Il-gvern | għazel li jkollu taħlita ta’ nies li ġejjin minn oqsma differenti b’esperjenzi fil-kamp soċjali, mediku u maniġerjali. F’dan il-bord se jkun hemm ukoll rappreżentanza tal-pazjenti. |
| Il-bord | hu kompost minn: |
| Chairman | - Is-Sur Louis Bonnici |
| Membri | - It-Tabiba Sandra Buttigieg |
Is-Sinjura Lilian Caruana Colombo
Is-Sur George Lewis
Is-Sur Michael Sultana
| Biex | jilħaq id-diversi għanijiet il-bord irid jiżgura li l-ħtiġijiet mediċi u mentali tal-pazjenti jingħataw l-akbar importanza u li s-sevizzi mogħtija jkunu jaqblu mal-policies tas-Saħħa tal-Gvern. |
| It-twaqqif | tal-Bord tad-Diretturi mhu se jkollu l-ebda impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-impjegati ta’ l-isptar Monte Carmeli. |
| Il-gvern | jemmen bis-sħiħ li d-devoluzzjoni tar-responsabiltà fit-tmexxija ta’ l-isptar għandha ġġib titjib fis-servizz kemm għall-pazjenti u qrabathom, kura aħjar għall-pazjenti, kif ukoll użu aħjar tar-riżorsi. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en