Konferenza tal-Ministri ta’ l-Intern tal-Mediterran ser ssir f’Malta
pr1084
23/09/2003
| Id-9 | Konferenza tal-Ministri ta’ l-Intern tal-Mediterran tal-Punent (CIMO) ser ssir f’Malta bejn l-24 u l-25 ta’ Settembru, taht il-Presidenza ta’ l-Onor. Dr. Tonio Borg, Ministru tal-Gustizzja u l-Intern. |
| Ghal | din il-laqgha ser jattendu l-Ministri ta’ l-Intern jew rapprezentanti taghhom, tad-disa’ pajjizi li jiffurmaw is-CIMO. Il-pajjizi li jiffurmaw is-CIMO huma Malta, l-Algerija, Franza, Italja, Libja, Marokk, Portugall, Spanja u t-Tunezija. |
| Il-Konferenza | mistennija li tiddiskuti s-sigurta’ fil-Mediterran u matulha ser jigu trattati l-koperazzjoni fl-oqsma tal-glieda kontra t-terrorizmu, il-kriminalita’ organizzata, ic-caqliq tal-popli li jgib mieghu l-htiega ghall-integrazzjoni socjali ta’ emigranti u l-glieda kontra l-immigrazzjoni llegali. Ser tigi diskussa ukoll koperazzjoni bejn il-pajjizi membri fl-oqsma tal-Protezzjoni Civili, tal-Gvern Lokali, kif ukoll tat-tahrig ta’ ufficjali tal-pulizija. |
| Bhala | preparazzjoni ghal din il-Konferenza, ufficjali gholja tal-Ministeri ta’ l-Intern tal-pajjizi membri, il-gimgha li ghaddiet iltaqghu f’Malta, li se tiehu l-Presidenza ghal 12-il xahar, proprju fil-laqgha ta’ din il-gimgha. |
| Matul | ix-xhur li gejjin dawn l-ufficjali jkollhom laqghat regolari biex tigi mplimentata d-dikjarazzjoni li mistennija tigi addottata fl-gheluq tal-Konferenza. Laqghat ohra jigu organizzati fuq livell ta’ esperti. Dawn il-laqghat isiru f’wiehed mid-9 pajjizi membri, skond programm miftiehem minn qabel. |
| Fi tmiem il-Konferenza ser tigi approvata kif isir | is-soltu, Dikjarazzjoni Finali, li tfassal il-linji gwida ghall-hidma bejn id-9 pajjizi membri, f’materji ta’ l-intern, matul il-Presidenza ta’ Malta sa Settembru 2004. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en