IL-PRIM MINISTRU JINDIRIZZA L-ASSEMBLEA ĠENERALI TAN-NAZZJONIJIET UNITI
pr1083
23/09/2003
| Il-Prim | Ministru llum ħalla Malta għal New York fejn se jipparteċipa fit-tmienja u ħamsin sessjoni ta’ l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Prim Ministru se jindirizza l-Assemblea Ġenerali nhar il-Ħamis 25 ta’ Settembru. |
| Huwa | se jkollu wkoll laqgħat bilaterali mal-Prim Ministru tal-Portugall, Jose Durao Barroso, u mal-President ta’ Ċipru, Tassos Papadopoulos kif ukoll laqgħa mal-President elett għat-tmienja u ħamsin Assemblea Ġenerali, Julian Hunte. Waqt din iż-żjara il-Prim Ministru huwa mistenni wkoll li jiltaqa’ mal-Komunita’ Maltija fi New York. |
| Il-Prim | Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Joe Borg, il-Head Prime Minister’s Secretariat, Richard Cachia Caruana, il-Head EU Directorate, John Inguanez, u l-Ambaxxatur u Rappreżentant Permanenti għal Malta fin-Nazzjonijiet Uniti, Victor Camilleri. |
| Il-Prim | Ministru mistenni lura Malta nhar is-Sibt, 27 ta’ Settembru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en