Left arrow Go Back

Eluf ta’ Studenti jibdew Sena Skolastika ġdida

pr1081
Date Icon 22/09/2003
Eluf ta’ studenti irritornaw lura għall-iskola hekk kif illum bdietsena skolastika ġdida. Fl-iskejjel ta’ l-iStat, f’Malta u Għawdex, aktar minn 19,000 tifel u tifla (10388 tifel u 9018 tifla) daħlu fil-livell Primarju filwaqt li mas-17,000 student (8154 subien u 8990 bniet) daħlu fil-livell Sekondarju.
Mir-rapporti li daħlu mill-iskejjel kollha ta’ l-iStatjidher li fil-maġġoranza assoluta ta’ l-iskejjel l-ewwel ġurnata ta’ l-iskola bdiet b’mod mill-aktar normali. Mexa wkoll b’mod normali t-trasport li jipprovdi l-istat għal aktar minn 23,000 student (800 vjaġġ) fejn l-unika diffikultajiet (11-il vjaġġ) li kienu rappurtati qed ikunu segwiti mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex jissolvew mill-aktar fis.
L-Iskejjel kollha ta’ l-iStat, minbarra l-iskolatas-subien San Ġużepp Ħaddiem tal-Marsa, fetħu l-bibien tagħhom għall-istudenti wara sajf ta’ vakanzi għat-tfal u ħidma mill-kapijiet ta’ l-iskejjel u l-istaff tagħhom biex l-istudenti jirritornaw lura l-iskola b’mod normali u f’ambjent tajjeb. L-iskola San Ġużepp Ħaddiem se tiftaħ nhar il-Erbgħa 24 ta’ Settembru minħabba l-ħsarat li ġarrbet fil-maltemp tal-ġimgħa li għaddiet. S’issa ma ġew irrappurtati l-ebda diffikultajiet fl-40 skola fejn il-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada wettqet ix-xogħlijiet ta’ mmodernizzar u ridekorazzjoni.
Anke fl-iskejjel ta’ Maria Assunta u Adelaide Ċinifejn sar xogħol intensiv matul ix-xhur tas-sajf biex dawn l-iskejjel jingħaqdu wara li parti mill-iskola Adelaide Ċini kellha tingħalaq (minħabba ħsarat strutturali) fetħu b’mod normali għalkemm matul tmiem il-ġimgħa xi ħadd daħal fl-iskola u għamel atti ta’ vandaliżmu f’diversi partijiet ta’ l-iskola.
Aktar minn 3800 għalliem (aktar minn 1600fil-primarji u madwar 2200 fis-sekondarji) u aktar minn 550 facilitator bdew il-ħidma tagħhom ma’ l-istudenti. Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni tibqa tagħmel dak kollu li tista biex tara li it-tfal ikollhom l-għalliema li hemm bżonn.
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea awgura s-senaskolastika t-tajba lill-istudenti, lill-għalliema, lil-kapijiet u l-assistenti kapijiet, lill-istaff ta’ l-iskola u lill-ġenituri kollha. Hu qal li l-Gvern hu impenjat li jagħti l-aħjar edukazzjoni lill-poplu u li jkompli jinvesti u jagħti l-appoġġ tiegħu biex jassigura edukazzjoni ta’ kwalita’ għal kulħadd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow