AKTAR HIDMA FAVUR IS-SIDIEN TA’ NEGOZJI Z-ZGHAR FIZ-ZONI INDUSTRIJALI MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA’ L-ONOR EDWIN VASSALLO
pr1078
22/09/2003
| Wara sensiela ta’ inizzjattivi biex jitwettaq xoghol utli f’diversi | zoni industrijali, bhal dawk tal Mosta, Mriehel u l-Handaq, issa jmiss li nkomplu norganizzaw dawn iz-zoni b’tali mod li s-sidien tan-negozju f’dawn il-lokalitajiet ihossuhom aktar komdi joperaw, jigu meghjjuna aktar dwar kif jistghu jikkoordinaw aktar bejniethom f’hidma ta’ manutenzjoni u sorveljanza, kif ukoll tittejjeb l-accessibiltà. |
| Ix-xoghol fuq hrug ta’ tenders sabiex isir xoghol | ta’ kostruzzjoni ta’ toroq godda fiz-zona industrijali tal-Mosta, issa wasal fl-ahhar, u fi ftit tal-jiem ohra ser ikunu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. Il-process ta’ tlestija ta’ "Topographical Survey" ghaz-zona ta’ l-Imriehel tlesta wkoll u nbeda’ x-xoghol fuq il-preparazzjoni tat-tender ghall-kostruzzjoni u livellar mill-gdid tat-toroq ta’ din iz-zona. |
| Wara li ftit taz-zmien ilu saret tindifa generali ta’ | diversi zoni industrijali, twahhlu numru ta’ "cctv cameras", u ttellghu xi hitan li ccirkondaw plots li ghadhom mhux mibnija, issa, flimkien mad-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika fil-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura, qed jinhadem pjan ta’ tindif fuq bazi regolari, sabiex mill-gimghat li gejjin, dawn iz-zoni jkunu jistghu jinzammu nodfa, u jitnaqqas kemm jista’ jkun il-lok ta’ abbuz ta’ tfiegh ta’ skart. Xoghol simili digà sar ukoll fiz-zona industrijali ta’ Kordin. |
| Fiz-zona industrijali tal-Mosta, maghrufa aktar bhala | iz-zona tan-naha ta’ Fort Road, ix-xoghol qabad ir-ritmu u fi ftit tal-gimghat ohra, tkun issolviet il-problema kbira tas-sistema tad-drenagg. |
| Il-bini tal-kamra, fejn fiha ser tigi stallata l-pompa | gdida li ser tircievi l-komunikazzjonijiet kollha tad-drenagg, wara diversi diffikultajiet teknici, tinsab fi stadju avvanzat, u hekk kif din tkun lesta, jinghata bidu ghat-tieni fazi, jigifieri l-kostruzzjoni mill-gdid ta’ Triq in-Naggar, u triq Sir Arthur Borton. |
Ismijiet ta’ toroq godda ghaz-zoni industrijali
| B’rizultat ta’ hidma kontinwa flimkien mal-Kumitat | ta’ l-Ismijiet tat-Toroq, fi hdan il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, u mal-Kunsilli Lokali, issa kwazi fiz-zoni kollha ser jinghataw l-ismijiet tat-toroq, u b’hekk jitnaqqas kull inkonvenjent li s-sidien tan-negozji z-zghar kienu qed jaffaccjaw. |
| B’kollox, fil-Gazzetta tal-Gvern gew ippubblikati | 22 isem gdid ghal toroq fl-Imriehel u l-Handaq; u fil-jiem li gejjin, ghandhom jitwahhlu t-tabelli rispettivi li jindikaw dawn l-imsemmija toroq. Zgur li din l-inizzjattiva ser tigi milqugha tajjeb, kemm mis-sidien tan-negozju kif ukoll mill-konsumatur li minn zmien ghal zmien ikollu bzonn izur dawn iz-zoni Industrijali. |
Direttorju ghas-sidien ta’ negozji zghar ghaz-zoni industrijali
| Inghata bidu ghall-process ta’ gbir ta’ | informazzjoni u preparazzjoni ta’ direttorju dettaljat ta’ sidien tan-negozju fiz-zoni industrijali. Dan thabbar mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo. |
| Dan id-direttorju qed jithejja bl-ghajnuna tad-Direttorat | ghal Intraprizi z-Zghar u l-Artiggjanat (SBCD), flimkien ma’ l-"OutReach". Wara li tingabar l-informazjoni kollha huwa l-hsieb li din l-informazzjoni tigi pubblikata ukoll fil-"web site" tal-Ministeru. |
| Bhalissa, qed isiru diversi laqghat mas-sidien tan-negozju | ta’ dawn iz-zoni, sabiex jitkompla l-process ta’ hrug ta’ aktar licenzji tan-negozju, kif ukoll ikomplu jinghataw l-ghajnuna mehtiega minn ufficjali tal-MEPA, lil kull min ghandu bzonnha. |
| Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo heggeg | lis-sidien kollha li joperaw minn dawn iz-zoni sabiex jiehdu din l-opportunita’ u jippartecipaw f’dawn l-inizjattivi u jipprezentaw ruhhom sabiex jiffurmaw parti mill-kumitati ta’ azzjoni li qed jitwaqqfu fiz-zoni rispettivi taghhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en