Left arrow Go Back

AKTAR HIDMA FAVUR IS-SIDIEN TA’ NEGOZJI Z-ZGHAR FIZ-ZONI INDUSTRIJALI MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA’ L-ONOR EDWIN VASSALLO

pr1078
Date Icon 22/09/2003
Wara sensiela ta’ inizzjattivi biex jitwettaq xoghol utli f’diversizoni industrijali, bhal dawk tal Mosta, Mriehel u l-Handaq, issa jmiss li nkomplu norganizzaw dawn iz-zoni b’tali mod li s-sidien tan-negozju f’dawn il-lokalitajiet ihossuhom aktar komdi joperaw, jigu meghjjuna aktar dwar kif jistghu jikkoordinaw aktar bejniethom f’hidma ta’ manutenzjoni u sorveljanza, kif ukoll tittejjeb l-accessibiltà.
Ix-xoghol fuq hrug ta’ tenders sabiex isir xogholta’ kostruzzjoni ta’ toroq godda fiz-zona industrijali tal-Mosta, issa wasal fl-ahhar, u fi ftit tal-jiem ohra ser ikunu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. Il-process ta’ tlestija ta’ "Topographical Survey" ghaz-zona ta’ l-Imriehel tlesta wkoll u nbeda’ x-xoghol fuq il-preparazzjoni tat-tender ghall-kostruzzjoni u livellar mill-gdid tat-toroq ta’ din iz-zona.
Wara li ftit taz-zmien ilu saret tindifa generali ta’diversi zoni industrijali, twahhlu numru ta’ "cctv cameras", u ttellghu xi hitan li ccirkondaw plots li ghadhom mhux mibnija, issa, flimkien mad-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika fil-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura, qed jinhadem pjan ta’ tindif fuq bazi regolari, sabiex mill-gimghat li gejjin, dawn iz-zoni jkunu jistghu jinzammu nodfa, u jitnaqqas kemm jista’ jkun il-lok ta’ abbuz ta’ tfiegh ta’ skart. Xoghol simili digà sar ukoll fiz-zona industrijali ta’ Kordin.
Fiz-zona industrijali tal-Mosta, maghrufa aktar bhalaiz-zona tan-naha ta’ Fort Road, ix-xoghol qabad ir-ritmu u fi ftit tal-gimghat ohra, tkun issolviet il-problema kbira tas-sistema tad-drenagg.
Il-bini tal-kamra, fejn fiha ser tigi stallata l-pompagdida li ser tircievi l-komunikazzjonijiet kollha tad-drenagg, wara diversi diffikultajiet teknici, tinsab fi stadju avvanzat, u hekk kif din tkun lesta, jinghata bidu ghat-tieni fazi, jigifieri l-kostruzzjoni mill-gdid ta’ Triq in-Naggar, u triq Sir Arthur Borton.


Ismijiet ta’ toroq godda ghaz-zoni industrijali

B’rizultat ta’ hidma kontinwa flimkien mal-Kumitatta’ l-Ismijiet tat-Toroq, fi hdan il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, u mal-Kunsilli Lokali, issa kwazi fiz-zoni kollha ser jinghataw l-ismijiet tat-toroq, u b’hekk jitnaqqas kull inkonvenjent li s-sidien tan-negozji z-zghar kienu qed jaffaccjaw.
B’kollox, fil-Gazzetta tal-Gvern gew ippubblikati22 isem gdid ghal toroq fl-Imriehel u l-Handaq; u fil-jiem li gejjin, ghandhom jitwahhlu t-tabelli rispettivi li jindikaw dawn l-imsemmija toroq. Zgur li din l-inizzjattiva ser tigi milqugha tajjeb, kemm mis-sidien tan-negozju kif ukoll mill-konsumatur li minn zmien ghal zmien ikollu bzonn izur dawn iz-zoni Industrijali.


Direttorju ghas-sidien ta’ negozji zghar ghaz-zoni industrijali

Inghata bidu ghall-process ta’ gbir ta’informazzjoni u preparazzjoni ta’ direttorju dettaljat ta’ sidien tan-negozju fiz-zoni industrijali. Dan thabbar mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo.
Dan id-direttorju qed jithejja bl-ghajnuna tad-Direttoratghal Intraprizi z-Zghar u l-Artiggjanat (SBCD), flimkien ma’ l-"OutReach". Wara li tingabar l-informazjoni kollha huwa l-hsieb li din l-informazzjoni tigi pubblikata ukoll fil-"web site" tal-Ministeru.
Bhalissa, qed isiru diversi laqghat mas-sidien tan-negozjuta’ dawn iz-zoni, sabiex jitkompla l-process ta’ hrug ta’ aktar licenzji tan-negozju, kif ukoll ikomplu jinghataw l-ghajnuna mehtiega minn ufficjali tal-MEPA, lil kull min ghandu bzonnha.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo heggeglis-sidien kollha li joperaw minn dawn iz-zoni sabiex jiehdu din l-opportunita’ u jippartecipaw f’dawn l-inizjattivi u jipprezentaw ruhhom sabiex jiffurmaw parti mill-kumitati ta’ azzjoni li qed jitwaqqfu fiz-zoni rispettivi taghhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow