Left arrow Mur Lura

XOGĦLIJIET FL-ISKEJJEL MILQUTA MILL-MALTEMP

pr1072
Date Icon 19/09/2003
Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni tixtieq tinforma lill-ġenituri tat-tfalli jattendu l-iskejjel ta’ l-iStat, li l-ħsarat kawżati mill-maltemp ta’ din is-sena f’diversi skejjel ġew indirizzati u permezz tal-ħidma li saret fuqhom, huma f’pożizzjoni li jilqgħu lit-tfal nhar it-Tnejn 22 ta’ Settembru 2003.
Għal dan hemm eċċezzjoni waħda li hi l-iskolatas-subien San Ġużepp Ħaddiem tal-Marsa. Kif kien imħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa, l-iskola San Ġużepp Ħaddiem tal-Marsa ġarrbet ħsarat konsiderevoli wara li l-ilma faqa’ l-ħajt ta’ wara ta’ l-iskola u diversi workshops intlew bl-ilma u t-tajn. Id-Diviżjoni tavża li t-tfal ta’ din l-iskola se jibdew jumejn wara l-bqija tat-tfal jiġifieri fl-24 ta’ Settembru 2003.
L-FTS u l-istaff ta’ l-iskola qed iwettqu ħidmakontinwa, anke matul is-Sibt u l-Ħadd li ġej biex l-iskola San Ġużepp Ħaddiem tkun f’pożizzjoni li tilqa lill-211 student tagħha nhar l-Erbgħa li ġej.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow