JITWAQQAF IL-KUNSILL GĦAT-TRATTAMENT XIERAQ TA’ L-ANNIMALI (ANIMAL WELFARE COUNCIL)
pr1070
19/09/2003
| It-twaqqif tal-Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali | jikkonferma l-għan tal-Gvern li jimplimenta liġijiet għall-ħarsien tal-prinċipji tat-trattament ta’ l-annimali. |
| Dan il-Kunsill qed jitwaqqaf skond l-Att dwar it-Trattament | Xieraq ta’ l-Annimali li għandu l-istess għanjiet tal-konvenzjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u li huma ratifikati mill-Unjoni Ewropea. |
| Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, | l-Onor. George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha ngħataw dettalji dwar it-twaqqif tal-Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali. |
| Il-Kunsill ser jitmexxa minn Dr. Lino Vella bħala d-Direttur | għas-Servizzi Veterinarji. Ir-rappreżentant tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent se jkun is-sur Godfrey Camilleri. |
| Il-kunsill jinkludi fih żewġ veterinarji li | għandhom esperjenza f’mediċina għas-saħħa ta’ l-annimali u esperjenza f’affarijiet ta’ annimali tal-biedja. Dawn huma Dr Duncan Chetcuti Ganado u Dr Mauro Buttigieg. |
| F’dan il-kunsill, li għadu kif twaqqaf hemm ukoll | żewġ persuni li jirrapreżentaw l-interessi ta’ organizzazzjonijiet għat-trattament xieraq ta’ l-annimali. Dawn huma s-sinjura Marica Mizzi f’isem l-Animal Rights Coalition u s-sur George Attard Manche f’isem l-SPCA. Żewġ membri oħra f’dan il-kunsill jirrapreżentaw l-interessi tal-bdiewa u ta’ organizzazzjonijiet għall-isports bl-annimali. Dawn huma s-sur Anthony Debono mill-Malta Racing Club u s-sur Renato Zampa mill-Malta Kennel Club. |
| Il-Kunsill ser jagħti pariri lill-Ministru dwar kull | ħaġa li għandha x’taqsam mal-ħruġ ta’ regolamenti għal-liġi prinċipali u dwar kull ħaġa li tolqot is-saħħa ta’ l-annimal u s-saħħa pubblika veterinarja fil-pajjiż. Il-Kunsill hu importanti wkoll għaliex il-Ministru jrid jikkonsulta miegħu qabel ma jinħarġu regolamenti, ordnijiet jew regoli. |
| Il-Kunsill se jkollu s-setgħa li jaħtar sotto-kumitati | biex jieħdu ħsieb affarijiet speċifiċi relatati mat-trattament ta’ l-annimali. |
| Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent | George Pullicino fl-aħħarnett għamel talba lill-Kunsill biex fuq suġġeriment ta’ l-editorjal ta’ The Times ta’ ftit ġimgħat ilu, jitnieda premju annwali li jippremja atti favur il-ħarsien u t-trattament xieraq tal-annimali. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en