Left arrow Mur Lura

"Le" tfisser li trid tillimita l-Opportunitajiet għall-Maltin

PR107
Date Icon 28/01/2003
"Min qed jgħid li jekk pajjiżna jibqa barramill-UE jkun jista’ jipparteċipa fil-programmi Edukattivi bl-istess mod kif jipparteċipaw il-pajjiżi membri, qed iqarraq bil-poplu Malti u fil-verita' qed joffri alternattiva fjakka li tillimita l-opportunitajiet li l-Maltin diġa’ bdew igawdu minnhom". Dan qalu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea waqt żjara mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Komunitajtiet tal-Unjoni Ewropea f’Malta, l-E.T. Ronald Gallimore fl-uffiċċju tal-E.U.P.U., fil-Furjana, fit-tielet anniversarju mit-twaqqif tal-European Union Programmes Unit (EUPU).
L-E.T. Ronald Gallimore intlaqa’ fl-uffiċċjutal-EUPU mill-Ministru Louis Galea, mis-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett u mis-Sur Joseph Sammut, Koordinatur Nazzjonali tal-EUPU.
Is-Sur Sammut tkellem fil-qosor fuq r-riżultati likisbet Malta, bis-sehem tagħha fil-programmi tal-UE, jiġifieri Leonardo da Vinci, Socrates, Youth u Fifth Framework Programme. Is-Sur Sammut tkellem fid-dettal fuq il-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 1,500 Malti li bbenefikaw minn dawn il-programmi tal-UE.
Il-Ministru Louis Galea tkellem dwar ir-rispons qawwili wera’ l-poplu Malti għal dawn il-programmi edukattivi u tenna li dan juri kemm il-poplu Malti għaraf il-benefiċċji ta' dawn il-programmi u kemm qed ikunu ta' ġid għal kull persuna u organizzazjoni li tipparteċipa fihom.
Il-Ministru Galea qal li bħalissa hawn min qedjipprova jbellagħha lill-poplu Malti li m'hemm l-ebda differenza bejn il-parteċipazzjoni ta' pajjiżna fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea, bħala pajjiż membru u l-parteċipazzjoni li jkollna jekk nibqgħu barra.
Il-Ministru qal li dan mhux minnu. Il-Ministru LouisGalea irrefera b'mod partikolari għar-riklami tal-GWU. Hu qal li bħalissa pajjiżna jgawdi mill-istess kundizzjonijiet li jgawdu minnhom dawk li huma membri, bid-differenza li aħna, bħall-pajjiżi kollha li se jissieħbu fl-2004, inħallsu parti mill-ispejjez ta' dawn il-programmi. Bħala membri, dawn l-ispejjez ma jibqgħux jitħallsu. Iżda l-akbar differenza hi fil-livell u l-kwalita' ta' parteċipazzjoni li jista' jkollna.
Il-Ministru qal li jekk ngħażlu li nibqgħu barra,mhux talli ma nkunux nistgħu inkattru l-parteċipazzjoni tagħna, iżda l-parteċipazzjoni tagħna tonqos u minn parteċipazzjoni pro-attiva kif għandna llum, nispiċċaw b’parteċipazzjoni passiva kif għandhom pajjiżi li m’humiex membri bħall-iSvizzera. Il-Ministru semma diversi eżempji ta' kif pajjiżna diġà qed jipparteċipa b'mod attiv bi programmi ikkreati u mmexxija mill-Maltin, u li huma disinjati b'mod li jagħtu l-akbar benefiċċju lill-pajjiżna. Hu semma fost oħrajn il-programm PEFaL li kien imfassal mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (Foundation for Educational Services - FES) u li ġie aċċettat mill-UE. Il-programm PEFal, li hu programm li jkattar il-qari u l-kitba fil-familji, huwa mmexxi mill-FES u jipparteċipaw fih sitt pajjiżi oħra. L-UE allokat mas-Lm70,000 biex jitwettaq dan il-programm.
Il-Ministru qal li jekk ngħażlu li nibqgħu barrainkunu qed ngħażlu parteċipazzjoni limitata bħal dik ta' l-iSvizzera, li hi stess qed tgħid li għandha parteċipazzjoni limitata u li trid relazzjoni aħjar. Il-Ministru qal li b'din il-parteċipazzjoni limitata ma nkunux nistgħu noħolqu programmi bħal PEFaL, imma nkunu nistgħu nipparteċipaw biss f'xi programmi li jkunu diġà jeżistu, u anke hawn ikun hemm limitazzjonijiet. Il-Ministru Galea fakkar li “il-Partit ta’ l-Oppożizzjoni diġà kellu l-opportunità juri xi tfisser il-politika tiegħu ta' Svizzera fil-Mediterran illum Partnership u fl-1996 meta Malta iffriżat l-applikazzjoni taħt Gvern immexxi mill-Partit Laburista, pajjiżna ma setax ikompli jipparteċipa għax tilef l-istatus ta' pajjiż 'applikant' ”.
Il-Ministru Louis Galea qal li biex Malta tibqa’tieħu sehem f’dawn il-programmi kif qed tieħu sehem illum u tkattar il-parteċipazzjoni f'aktar programmi, trid issir membru tal-UE. Vot negattiv fir-referendum ikun ifisser ukoll li l-poplu Malti jinfatam minn dawn il-programmi. Louis Galea qal li l-poplu issa se jkollu għażla x'jagħmel, jew li pajjiżna jsir parti mill-UE u nipparteċipaw f'dawn il-programmi bħall-membri l-oħra, jew inkella li pajjiżna jibqa barra u nitilfu ħafna mill-opportunitajiet li diġa qed ingawdu minnhom. 'Le' tfisser li nagħmlu pass lura, 'Iva' tfisser pass ’il quddiem.
Il-Ministru Galea temm jgħid li hu fiduċjuż li l-popluMalti jifhem li b’riżultat pożittiv biss il-Maltin ikunu jistgħu jibqgħu jibbenefikaw minn dawn il-programmi u se jagħmlu l-aħjar għażla, l-għażla għalina, għal uliedna u għal pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

Aktar Stqarrijiet Right arrow