Left arrow Go Back

INTERNATIONAL FOETAL ALCOHOL SYNDROME DAY

pr1068
Date Icon 19/09/2003
Is-SegretarjuParlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, l-Onor. Dolores Cristina tkellmet f’Konferenza Stampa organizzata minn Sedqa, fil-Jum Dinji ddedikat għall-Foetal Alcohol Syndrome.  L-Onor. Cristina stqarret li hu fatt pożittiv li din il-kundizzjoni m’hiex komuni f’Malta, imma din m’hiex raġuni biex ninjorawha. Anzi, hija qalet, li huwa importanti li nippruvaw nevitaw li ssir problema u li nilqgħu għad-diffikultajiet li nistgħu niffaċċjaw fil-ġejjieni.
Hijaqalet li:

·        “Għalkemm din il-kundizzjoni ma tippreżentax xi problema f’pajjiżna, huwa siewi li nqajjmu kuxjenza dwar l-eżistenza tagħha u l-problemi li ġġib magħha. Hemm ukoll problemi oħrajn li jeħtieġ li nindirizzaw. Fost dawn hemm l-abbuż ta’ l-alkoħol, speċjalment mit-tfal u żgħażagħ. Jekk ma nagħtux każ ta’ din il-problema li tidher li qed tiżdied ġmielha, b’riżultat ta’ dan, ma ndumux ma niffaċċjaw sensiela ta’ problemi soċjali oħrajn.  

·        L-istatistika hija allarmanti. Skond l-ESPAD survey, kważi ż-żgħażagħ kollha taħt l-eta’ ta’ sittax il-sena (94%) jkunu xorbu l-alkoħol darba jew anke iktar minn darba. Il-Gvern jaħdem fil-qasam tal-prevenzjoni permezz ta’ l-Aġenziji tiegħu bħal Sedqa u oħrajn, li mhux biss jagħtu l-appoġġ f’waqtu, iżda anke jipprovdu t-tagħlim tant meħtieġ. Għad fadal ħafna xi jsir. 

·        Bħala socjeta’ nistgħu noffru aktar protezzjoni. Jekk ma naħdmux fuq dawn il-problemi flimkien, wisq nibża` li l-battalja ser nitilfuha. Huwa kruċjali li s-soċjeta’ kollha tħoss li din hija responsabilita’ tagħna lkoll. Jekk naħdmu flimkien għandna jkollna riżultati ħafna aħjar. X’jiswa jekk il-ġenituri jagħmlu l-almu tagħhom biex jgħinu lil uliedhom biex jiġġieldu kontra l-problema ta’ l-akoħol, imbagħad it-tfal u ż-żagħżagħ tagħna li jkunu għadhom vulnerabbli, jsibu min ibiegħilhom l-alkoħol anke mit-triq?”   

·        “Hawnhekk nixtieq nagħti wkoll l-appoġġ tiegħi lil Għaqda Ġenituri li hi grupp ta’ ġenituri li qed juru l-inkwiet tagħhom fuq din il-problema billi jqajjmu kuxjenza akbar anke permezz tal-Media. Qegħdin naraw kompetizzjoni sfrenata minn xi ħwienet tax-xorb f’postijiet fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ li joffru liż-żgħażagħ tagħna prezzijiet baxxi għal fliexken sħaħ ta’ l-alkoħol.  

Irridu naħdmu lkoll flimkien biex forsi naslu. Dan qed ngħidu wkoll għax hemm bżonn li nħarsu l-ġid tal-familja b’mod sħiħ. It-tfajliet tal-lum huma l-ommijiet t’għada u biex jitħarsu huma u t-trabi tagħhom, irridu naġixxu llum qabel għada. Id-drittijiet tat-trabi li għadhom mhumiex imwielda nistgħu nħarsuhom billi naraw li n-nisa tqal jkollhom kull għajnuna f’dik li hi saħħa fiżika u anke psikoloġika. B’hekk inkunu qegħdin inħarsu d-drittijiet tan-nisa, tat-tfal u anke ta’ l-irgiel Maltin, f’kelma oħra, tal-familja kollha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow