7,000 TURIST F’JUM WIEĦED FUQ SITT CRUISE LINERS
pr1063
18/09/2003
| Matul il-ġurnata tal-lum daħlu fil-Port il-Kbir | sitt cruise liners b’madwar 7,000 passiġġier fuqhom. Dan hu l-akbar numru ta’ passiġġieri fuq cruise liners li daħlu Malta matul din is-sena. |
| Il-cruise liners li daħlu Malta llum huma l-Constellation, | l-Ocean, Bolero, Island Escape, Jasmine u Splendor of the Seas. |
| In-numru ta’ passiġġieri li qed jidħlu fuq cruise | liners qiegħed kulma jmur jiżdied. Fl-2001 żaru Malta 259,390 turist fuq cruise liners. Is-sena li għaddiet in-numru tela’ bi 82,242 għal 341,632. Fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena diġa kien hemm żieda ta’ 13,437 turist li żaru Malta fuq cruise liners. Bejn Jannar u Lulju żaru Malta permezz ta’ cruise liners 180,139 turist. Mill-Mediterran jgħaddu madwar 1.2 miljun passiġġier fuq cruise liners. |
| Is-servizz lil turisti li jżuru Malta fuq cruise | liners mistenni jitjieb darba jitlesta l-proġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal li diversi stadji tiegħu tlestew jew jinstabu fi stadju avvanzat. Il-Cruise Liner Passenger Terminal qed jinbena b’investiment ta’ Lm10 miljun. Il-koordinazzjoni tal-Cruise Liner Passenger Terminal hi f’idejn il-Ministeru għat-Turiżmu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en