Ngħixu l-istorja millenarja tal-Birgu
| Il-Ministru | għat-Turiżmu, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech qal li l-istorja, l-kultura u l-folklor kienu tlett ingredjenti mportanti tal-prodott turistiku Malti biex dawk li jżuruna jkollhom esperjenza pożittiva ta’ pajjiżna. Huwa qal dan meta dalghodu nieda l-Birgu Festival. |
| Francis | Zammit Dimech qal li l-Birgu kienet il-benniena ta’ l-istorja ta’ pajjiżna mhux biss minħabba ir-rabta li kellha ma’ l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann iżda anke għall-fatt li l-Forti Sant’Anġlu, li jħares il-Port il-Kbir, kien wieħed mill-ewwel fortifikazzjonijiet ta’ dawn il-gżejjer. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li l-Birgu kien għaddej minn riġenerazzjoni importanti li kienet qed terġa’ tagħtih il-glorja li kien igawdi fl-imgħoddi. Hu qal li fil-Birgu twettqu diversi proġetti mportanti ta’ restawr f’bereġ, palazzi, mini u swar. Qal li din il-ħidma qed issir mill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera li fehem l-importanza storika tal-bliet ta’ pajjiżna li huma mdawwrin bis-swar. |
Dr. Zammit Dimech qal li proġett ieħor li kien qed jagħti ħajja ġdida lil Birgu kien il-proġett tal-Kottonera. Hu qal li x-Xatt tal-Birgu kien għal perjodu twil ta’ snin mitluq bil-palazzi li hemm fi stat ħażin, b’uħud minnhom b’partijiet imwaqqgħin. B’riżultat ta’ dan il-proġett, kienu s’issa restawrati l-Palazz tal-Kaptan tax-Xwieni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, li b’investiment ta’ Lm4.5 miljun inbidel f’casinò. Hu qal li kienu restawrati minn ġewwa u minn barra l-Caraffa Stores, tnaddfu Seagate Vaults u l-imħażen taħt il-Forti Sant’Anġlu. Il-Ministru fakkar li wara li twaqqa’ l-pont għoli li kien jgħaqqad il-Birgu mal-Forti Sant’Anġlu – li ma kien jaqbel xejn mal-karattru storiku ta’ l-inħawi – u l-bini taċ-Ċiniżi li kien jostakola s-swar tal-forti, inbnew fuq il-Menqa blokk ta’ appartamenti u ħwienet.
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li l-aħħar żieda mal-proġett hi l-yacht marina li b’investiment ta’ Lm4 miljun qed tipprovdi 247 irmiġġ ġdid għal yachts, fosthom għal 33 superyacht. Din il-ħidma kollha qed twassal biex aktar Maltin u turisti jżuru dawn l-inħawi li bdew igawdu sew mit-turiżmu intern kif ukoll mit-turisti barranin li jiġu jżuruna. |
| Francis | Zammit Dimech qal li biex kulħadd isir aktar konxju mir-rikezzi kbar ta’ storja li hawn fil-Birgu, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kull sena torganizza l-Festival tal-Birgu, tlett ijiem li matulhom Maltin u turisti jgħixu mill-ġdid l-istorja tal-Birgu billi jżuru bini u inħawi storiċi, jipparteċipaw fi żjarat animati, jsegwu re-enactments u preżentazzjonijiet folkloristiċi. Matul dawn il-jiem jkunu organizzati kunċerti u jkun hemm wirjiet ta’ dgħajjes tar-regatta, xogħol ta’ l-idejn, statwi, ritratti u fjuri. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li l-Festival tal-Birgu jiftaħ din il-belt beraħ għall-wiri tat-teżori kbar li fiha u jwassal lil dawk li qatt ma żaru din il-belt, jew li ilhom ma jżuruha, biex jifhmu aħjar x’joffri pajjiżna fl-oqsma ta’ l-istorja, l-kultura u l-folklor. |
| Francis | Zammit Dimech qal li l-Festival tal-Birgu llum hu parti mill-kalendarju turistiku ta’ pajjiżna. Il-Festival tal-Birgu qed jingħata l-promozzjoni kollha meħtieġa għaliex nifhmu li huma festivals bħal dawn li joħorġu l-karattru Malti. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li ried jirringrazzja lis-Sindku tal-Birgu, lill-membri tal-Kumitat Organizattiv, lil Product Planning and Development Directorate ta’ l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu u lil kull min jagħti sehmu biex ikun jista’ jittella’ dan il-festival. Hu awgura li fit-tlitt ijiem tal-Festival mhux biss il-Birgu jgħix l-istorja glorjuza u millinarja tiegħu iżda li man-nies tal-Birgu jingħaqdu eluf ta’ Maltin u turisti biex jipparteċipaw f’din il-wirja ta’ storja, kultura u folklor. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en