TITJIB FIL-ĠONNA TAL-BELT U L-FLORIANA
PR106
28/01/2003
| Francis Zammit Dimech, l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, qal | li l-Gvern preżenti kien jemmen li kull Malti kellu dritt għal ħin liberu tiegħu. Għalhekk kien qed jipprovdi faċilitajiet u spazji miftuħa f’kull lokalita’ biex kulħadd ikollu fejn iqatta ħin ta’ mistrieħ. |
| Dan qalu l-Ministru meta żar xogħol ta’ restawr | li qiegħed isir mal-funtana ta’ l-Ajkla fil-ġonna tal-Mall il-Floriana. |
| Francis Zammit Dimech qal li l-ministeru tiegħu kien | responsabbli minn proġetti ta’ afforestazzjoni, minn bini ta’ parks nazzjonali u reġjonali u minn proġetti ta’ tisbiħ. Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura permezz tal-proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta kien qed jieħu ħsieb li jirriabilita l-ġonna tal-belt Valletta u l-Floriana. Fil-belt Valletta bħalissa qed ikunu riabilitati il-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq u tal-Barrakka t’Isfel u l-ġonna ta’ Hastings. |
Fil-Floriana diġa kienu riabilitati tliet ġonna. Fost dawn kien hemm il-ġnien Re George V li b’investiment ta’ Lm150,000 inbidel f’Ċentru Rikreattiv li kien inawgurat s-sena li għaddiet.
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li | l-proġett li qed jitwettaq bħalissa hu dak tal-ġnien tal-Mall. Tenna li dan il-ġnien għandu bżonn ta’ titjib sostanzjali u fakkar li fl-ewwel parti tal-proġett kienet diġa tlestiet sistema ġdida ta’ irrigazzjoni. Hu qal li bħalissa kienet qed titwettaq ħidma ta’ restawr tal-funtana ta’ l-Ajkla li qabel kienet fi Pjazza Regina fil-Belt Valletta. Din tneħħiet, flimkien mal-monument tal-bronz tal-Gran Mastru Manuel de Vilhena li kien hemm fl-istess pjazza, biex għamlu wisa’ għall-monument lir-Reġina Victoria. Sew il-funtana kif ukoll il-monument lil Vilhena ġew rilokati fil-Mall fil-Floriana. |
| Francis Zammit Dimech qal li l-funtana ta’ l-Ajkla | kien fiha ħsarat konsiderevoli sew minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni u anke minħabba xogħol li sar fuqha fil-passat li ma kienx tal-livell meħtieġ. Għalhekk riedet attenzjoni speċjali. Hu qal li wara li ttella’ l-iscaffolding madwar il-funtana beda x-xogħol lejn l-aħħar ta’ Novembru tas-sena l-oħra minn sitt ħaddiema li nqasmu f’żewġ gruppi, grupp jaħdem fuq il-parti ta’ fuq tal-monument u l-grupp l-ieħor fuq il-parti t’isfel. |
| Ix-xogħol ta’ restawr fuq dan il-monument kien qed | isir minn studenti tar-restawr mill-Heritage Skills wara kors organizzat flimkien miċ-Ċentru ta’ Malta għar-Restawr u l-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija. Francis Zammit Dimech irringrazzja lill-periti Claude Borg u Jevon Vella li huma responsabbli minn dan il-proġett ta’ restawr. Hu irringrazzja ukoll lill-Perit Shirley Cefai li hi inkarigata mid-disinn tal-paviment, mid-dawl dekorattiv u l-istreet furniture u lil dawk kollha li qed jaħdmu biex jitwettaq il-proġett għar-riabilitazzjoni tal-Mall. |
| Francis Zammit Dimech qal li l-Proġett | għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta u l-Floriana kien temm il-proġett tal-pavimentar tal-Pjazza ES Tonna, ir-restawr tal-monument ta’ Manoel Vilhena u r-restawr ta’ niċeċ f’kantunieri tal-lokalita’. |
| Il-Ministru fakkar li bħalissa kienu qed jitwettqu | żewġ proġetti importanti fiż-żewġt itruf tal-Floriana, ir-restawr ta’ Bieb il-Bombi u r-riabilitazzjoni ta’ parti mit-terminus tal-karrozzi tal-linja barra Bieb il-Belt. Hu qal li l-ħidma fuq iż-żewġ proġetti kienet miexja skond il-pjan u kienu mistennija li jitlestew f’Marzu. Ix-xogħol li kien qed isir fit-terminus kien wieħed temporanju iżda darba jitlesta kienet se tingħata dehra aħjar lil dawn l-inħawi b’pavimentar ġdid, bankijiet, dwal dekorattivi u aktar siġar u pjanti. |
| Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern preżenti kien | marbut li jgħolli l-livell tal-għajxien tal-poplu Malti u li l-proġetti ta’ tisbiħ, riabilitazzjoni, restawr u afforestazzjoni kienu kollha mmirati f’din id-direzzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931