Il-Ministru George Pullicino jifraħ lil Nature Trust
pr1059
18/09/2003
| Bl-isforz | u d-determinazzjoni ta’ kullħadd, Malta għandha tkun minn ta’ quddiem nett biex tikseb l-aqwa vantaġġi li se jkunu qed jinħolqu bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. |
| Il-flus | li ngħataw lil Nature Trust mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm LIFE jikkonfermaw kemm organizzazzjonijiet Maltin, jekk ikunu preparati, jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li jingħataw. |
| Dan | stqarru l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, L-Onor. George Pullicino f’konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha ngħataw aktar dettalji dwar proposta li ghamlet Nature Trust għall-proġett ta’ konservazzjoni u protezzjoni tad-Dwejra, f’Għawdex, liema proposta rebħet fondi mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-programm LIFE. |
| B’hekk | l-ghaqda Nature Trust ser tibbenefika minn għotja ta’ €211,000 (madwar Lm88,000) ghat-twettiq tal-proposta tagħha. |
| Fid-diskors | tiegħu, il-Ministru George Pullicino filwaqt li feraħ lil Nature Trust għas-suċċess tagħha, qal li din l-għaqda għandha wkoll responsabbilta’ li twettaq il-proposta tagħha bl-aħjar mod possibli, għaliex dan għandu jservi ta’ riklam tajjeb għal proposti oħra li jistgħu jsiru fil-futur minn għaqdiet oħra Maltin. |
| George | Pullicino qal li b’ko-ordinazzjoni tajba bejn il-partijiet kollha, għaqdiet Maltin ikollhom aktar possibilta’ li jieħdu l-aqwa vantaġġi mill-opportunitajiet li jkollhom quddiemhom. |
| Hu | qal li mis-sena d-dieħla, Malta mhux se tkun aktar meqjusa mal-pajjiżi li jibbenefikaw mill-programm LIFE Third Countries, bħalma bbenefikat minnu Nature Trust, iżda bħala membri tal-Unjoni Ewropea se nkunu eliġibbli biex nipparteċipaw fiż-żewġ programmi LIFE Environment u LIFE Nature. Għal dawn il-programmi hemm ivvutati mal-€160 miljun u huma maħsuba għal proġetti li juru innovazzjoni ambjentali u l-konservazzjoni ta’ habitats u speċi importanti. |
| Il-Ministru | Pullicino qal li bħalma ġara bil-proposta ta’ Nature Trust, il-Ministeru se jkun minn ta’ quddiem biex jappoġġja proposti oħrajn li jistgħu jsiru. Hu qal li fil-ġimgħat li għaddew, l-għaqdiet mhux governattivi kienu infurmati bi programm ta’ għajnuna tal-Gvern Ingliż imsejjaħ UK Environment for Europe Fund, u l-Ministeru rċieva erba’ proposti minn għaqdiet lokali, li se jiġu mgħoddija lill-Gvern Ingliż. |
| George | Pullicino qal li l-proposta tan-Nature Trust tiffoka kemm fuq protezzjoni mill-art kif ukoll mill-baħar. Hu qal li l-Gvern hu impenjat li f’Malta jkunu żviluppati żewġ marine protected areas. |
| Il-Ministru George Pullicino qal li fix-xhur li ġejjin il-Gvern se | jkun qed iservi ta’ katalist għal għaqdiet u gruppi oħra biex ikunu huma li jressqu ‘l quddiem proposti għall-protezzjoni tal-ambjent u jimplimentawhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en