Left arrow Go Back

Tibda Sena Skolastika Għall-Għalliema

pr1058
Date Icon 18/09/2003
Warali llum tintemm it-tieni fażi ta’ l-“in-service training” għal din is-sena, għal nofs l-għalliema kollha (in-nofs l-ieħor għamlu l-“in-service training” tagħhom hekk kif spiċċat l-iskola f’Lulju), l-iskejjel ta’ l-Istat jiftħu l-bibien tagħhom għada għall-għalliema kollha bi tħejjija għall-ftuħ tas-sena skolastika l-ġdida nhar t-Tnejn li ġej.  F’dawn il-jumejn l-għalliema flimkien mal-Kap u t-team ta’ tmexxija ta’ l-iskola, iħejju l-klassijiet u l-iskola, jivverifikaw it-“time-tables”, u jiddiskutu l-pjan ta’ żvilupp li kull skola timxi fuqu skond il-Kurrikulu Nazzjonali.
F’danl-istadju l-eżerċizzju ta’ ppustjar ta’ l-għalliema skond il-bżonn ta’ kull skola, ġie finalizzat.  Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni għamlet ħilitha biex tassigura li t-tfal kollha jkollhom il-compliment sħiħ ta’ għalliema li għandhom bżonn.
Ankedin is-sena kien hemm bżonn li jiġu ngaġġati numru ta’ għalliema ġodda għalkemm b’rata inqas mis-snin li għaddew.  Is-sistema edukattiv qed tibda tħoss sew l-effett ta’ rata ta’ twelid baxxa.  Fejn sa ftit snin ilu, kienu jitwieldu kważi 5500 tarbija, is-sena li għaddiet twieldu anqas minn 3500.  Barra minn hekk, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika, numru ta’ skejjel statali se jingħaqdu ma’ l-MCAST.  Dan wassal biex numru ta’ għalliema minn dawn l-iskejjel kellhom jiġu assorbiti fl-iskejjel l-oħra ta’ l-istat.
Fil-fatt,għas-sejħa ghal applikazzjonijiet tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) għal għalliema mal-Gvern, applikaw 335 persuna.  S’issa id-Diviżjoni offriet impjieg għal 52 għalliema fl-iskejjel primarji, 42 fl-iskejjel sekondarji u 15 għal activity teachers.  Ir-riżultat tal-proċess ta’ l-għażla qiegħed f’idejn il-PSC għall-konsiderazzjoni tagħha u għall-publikazzjoni.  Id-Divizjoni ser tassigura li kull vakanza li tinqala’ matul is-sena skolastika timtela’ mill-ewwel, skond l-ordni tar-riżultat ta’ l-għażla sottomessi lil PSC.
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni, f’messaġġ ta’ merħba lill-għalliema kollha li qed jirritornaw lejn l-iskejjel wara l-btajjel tas-sajf, irringrazzja lid-Diretturi ta’ l-Edukazzjoni u l-Assistenti tagħhom, speċjalment il-qasam ta’ l-Operat, għall-ħidma bla heda fis-sajf.  Irringrazzja ukoll lid-Direttur ta’ l-Infrastruttura u l-Ippjanar kif ukoll lill-FTS għall-ħidma ta’ fejda li qed iwettqu biex jimmodernizzaw u jsebbħu l-iskejjel.  Il-Ministru rringrazzja wkoll lil dawk il-Kapijiet u Assistenti tagħhom, lill-iskrivani u lill-ħaddiema li matul is-sajf segwew b’sagrifiċċju, x-xogħol li kien qed isir fl-iskejjel tagħhom.
Il-MinistruLouis Galea appella lill-għalliema kollha biex jilqgħu b’ħeġġa ġdida l-isfidi li ser iġġib magħha din is-sena skolastika ġdida.  Huwa fakkar li minnu l-isfel, kulħadd għandu responsabbilita` lejn kull tifel u tifla, biex dawn jiksbu l-aqwa ħiliet possibbli, ħalli jkunu kapaċi jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja ċivili u fid-dinja tax-xogħol.
Il-Ministrusejjaħ għal impenn sħiħ biex tissaħħaħ il-kultura posittiva ta’ dixxiplina fl-iskejjel u dan irid jibda bl-eżempju ta’ l-għalliema nfushom, li huma “role models” għaċ-ċittadini tal-pajjiż.  Il-Ministru Galea temm jgħid li huwa ser ikollu diversi opportunitajiet jiltaqa’ ma’ l-għalliema u jiddiskuti magħhom l-iżviluppi li jkun hemm bżonn fis-sistema edukattiva, biex Malta tilħaq il-mira li tagħti edukazzjoni bażika ta’ kwalita’ lil kulħadd.
Sadattant bi tħejjija għas-sena skolastika li jmiss id-Dipartimenttas-Servizzi għall-Istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali (Student Services and International Relations) qed torganizza konferenza dwar id-Drittijiet tat-Tfal nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru 2003 fil-Holiday Inn Crowne Plaza.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow