Il-Car Free Day hija inizjattiva favur l-ambjent
pr1057
18/09/2003
| B’riferenza | għall-istqarrija maħruġa mill-GRTU dwar il-Car Free Day, liema data kienet magħżula mill-Kummissjoni Ewropea, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent irid jippreċiża li din l-inizjattiva ssir kull sena fit-22 ta’ Settembru u dakinhar pajjiżna se jkun qed jingħaqad ma’ madwar 1,200 belt oħra f’29 pajjiż. |
| Fl-ippjanar | għal din l-inizjattiva il-GRTU dejjem kienet mistiedna tibgħat ir-rappreżentant tagħha għal-laqgħat li kienu jsiru, għalkemm dan mhux dejjem attenda. |
| Irid ikun ippreċiżat ukoll | li d-distribuzzjoni ta’ affarijiet essenzjali se jkun jista’ jsir matul il-jum u dan kien spjegat lill-GRTU. Madanakollu, l-GRTU kienet ġentilment mitluba biex tavża lill-membri tagħha biex kemm jista’ jkun ma jħallux dak ix-xogħol ta’ distribuzzjoni għal dak in-nhar. |
| Fuq | kollox, dan mhux avveniment li qed isir għall-barranin. Il-konsegwenza ta' anqas karozzi fit-toroq Maltin se jifhmuha fuq kollox il-Maltin. |
| Hija ħasra li l-GRTU qed | tieħu dan l-atteġġjament negattiv f’inizjattiva li għandha biss għanijiet pożittivi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en