Left arrow Go Back

Stqarrija mid-Dipartiment tas-Sahha dwar hsarat bil-maltemp fl-Isptar San Luqa

pr1051
Date Icon 17/09/2003
Kuntrarjugħal dak li ġie rappurtat f’sezzjoni tal-media,  mhu minnu xejn li ġrat ħsara kbira fl-Isptar San Luqa, minhabba l-maltempata li ħakmet il-gżejjer Maltin nhar  it-Tnejn, 15 ta’ Settembru.
Huwaminnu li s-sistemi ta’ l-ilqugħ ta’ l-ilma tax-xita ma laħħqux mal-volum enormi ta’ xita li niżlet fl-inħawi tal-Pieta’ (176 millimetri, jiġifieri ‘l fuq minn 7 pulzieri ta’ xita), b’konsegwenza li xi ilma daħal fl-isptar San Luqa, mingħajr ma kkawża danni fil-bini u fl-apparat mediku.
Fl-InPatients Pharmacy, fil-blokk ċentrali ta’ l-isptar, daħal ilma minn bitħa nterna u kkawża xi ħsara li ġie kalkulat li tlaħħaq ferm inqas minn elf lira.
Fid-Dipartimentta’ l-Endoskopija ukoll daħal xi ilma, pero’ mingħajr ma kkawża ebda dannu lill-apparat mediku.
Minħabbali l-ħitan ta’ wieħed mit-teatri xxarrab, bħala prekawzjoni, ġie deċiż li għalissa ma jintużax.  Bħalissa għaddejja ħidma biex it-teatru jerġa’ jibda jiffunzjona  mill-gdid malajr kemm jista’ jkun.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow