Left arrow Go Back

CAR FREE DAY NHAR IT-TNEJN 22 TA’ SETTEMBRU, 2003

pr1049
Date Icon 16/09/2003
Għat-tielet sena konsekuttiva Malta se tingħaqad ma’ għadd ta’pajjiżi oħra għal Car Free Day li ser issir nhar it-Tnejn, 22 ta’ Settembru, 2003. Din is-sena dan l-avveniment, bit-tema ‘In Town without my car’, qed isir f’madwar 1,200 belt mifruxa f’29 pajjiż.
Għandna ċans uniku biex nuru kemm veru nemmnu f’ambjentaħjar u dan nistgħu nagħmluh billi fit-22 ta’ Settembru nħallu l-karozza wara l-bieb.
Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent,l-Onor. George Pullicino waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ta l-aħħar dettalji dwar din l-okkażjoni.
Il-Ministru Pullicino qal li għalkemm din hiinizjattiva ta’ l-Unjoni Ewropea, din is-sena qed jieħdu sehem fiha wkoll pajjiżi bħall-Arġentina, l-Brażil, il-Kanada u Tajwan.
Hu qal li dawn il-kampanji bdew wara li studju werali madwar 40% tal-emissjonijiet CO2 fil-qasam tat-trasport hu kkawżat minn karozzi privati u għalhekk jekk jikber l-użu ta’ forom ta’ trasport aktar indaf, dan iwassal għal tnaqqis ta’ konġestjonijiet tat-traffiku, tnaqqis fit-tniġġiż ta’ l-arja, tnaqqis fil-mard relatat u anke tnaqqis fil-ħsejjes.
Dan jista’ jseħħ permezz ta’ tibdil fl-imġiebau l-parteċipazzjoni tal-popli f’inizjattivi bħal dawn, sostna l-Ministru George Pullicino.
George Pullicino qal li l-Gvern hu impenjat favurmezzi tat-trasport aktar indaf bħalma huma karozzi ta’ l-elettriku u bħalma tħabbar qabel, inħarġet sejħa għall-offerti li tagħlaq fl-aħħar ta’ dan ix-xahar biex kull ministeru jibdel karozza milli jintużaw bħalissa ma’ waħda ta’ l-elettriku.
Il-Ministru Pullicino qal li sentejn ilu din l-inizjattivakienet saret fuq inizjattiva tal-kunsill lokali tal-Belt Valletta li kien ukoll l-uniku kunsill li pparteċipa. Is-sena l-oħra kien hemm 19-il kunsill li taw is-sehem tagħhom filwaqt li din is-sena dan in-numru tela’ għal 26. George Pullicino qal li dan jixhed l-interess dejjem jikber ta’ l-irħula u l-villaġġi tagħna għal din l-inizjattiva.
Matul il-jum ta’ l-attivita’, il-Belt Valletta ul-Floriana ser ikunu magħluqa kompletament għat-traffiku bejn is-6.30 ta’ filgħodu u t-8.00 ta’ filghaxija.
Dawn iż-żewg kunsilli ser jorganizzaw attivitajietsportivi, animation shows filwaqt li sidien ta’ ħwienet ser ikunu mistiedna jarmaw imwejjed fit-toroq.
Minbarra li jingħalqu t-toroq, xi kunsilli qedjieħdu wkoll inizjattivi interessanti bħalma huma open-air cinema, wirjiet ta’ karozzi tal-elettriku, tlielaq tar-roti, u logħob maħsub għat-tfal. L-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (il-MEPA) se tkun qed tieħu kampjuni tal-arja matul il-jum u wara dan se jitqabbel ma’ jiem oħra fejn jgħaddi traffiku normali.
Il-Ministru Pullicino fakkar li din hi l-ewwel darbali din l-attivita’ ser taħbat f’ġurnata matul il-ġimgħa.
L-attivita’ qed tkun ko-ordinata mill-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent bl-għajnuna u l-parteċipazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni u tal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern. Il-Car Free Day qed issir b’koperazzjoni sħiħa mal-pulizija, il-kunsilli lokali, l-Awtorita tat-Trasport, il-MEPA u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku.
Il-Ministru Pullicino qal li t-trasport pubbliku kifukoll it-trasport ta’ l-iskejjel mhux ser ikun effetwat b’ebda mod. Il-Gvern u l-Membri Parlamentari ser ikunu qed jipparteċipaw ukoll f’din l-inizjattiva. George Pullicino qal li l-Prim Ministru ser jidħol il-Belt bil-karozza tal-linja, l-istess kif se jagħmlu numru ta’ ministri u membri parlamentari oħra.
Il-Ministru Pullicino qal li saret kampanja ta’tagħrif permezz ta’ billboards, posters, reklami fil-gazzetti u t-televiżjoni u parteċipazzjoni f’numru ta’ programmi fuq stazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni.

Aktar tagħrif dwar din l-inizjattiva tista’ tinkiseb mingħand il-kunsilli lokali jew billi żżuru l-website www.mobilityweek-europe.org

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow