Left arrow Go Back

Skejjel b’Arja Nadifa

pr1048
Date Icon 16/09/2003
L-istudenti u l-istaff ta’ l-iskola sekondarja F.X. Attard tal-Marsa uta’ l-Iskola Sekondarja Sir Temi Żammit ta’ l-Imtarfa se jmorru lura l-iskola f’ambjent aħjar permezz ta’ apparat avvanzat li jżomm l-arja fl-iskola nadifa. Fil-passat dawn iż-żewġ skejjel kellhom problemi bl-arja fl-iskola u għalhekk l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (Foundation for Tomorrow’s Schools – FTS) wettqet investiment ta’ madwar LM 200,000 biex jitwaħħal apparat li jippurifika l-arja fl-iskola u ma tkunx ta’ fastidju għal dawk li jattenduha.
‘L-ambjent ta’ l-iskola ma jikkonsistix bissfil-bini, l-klassijiet u l-faċilitajiet rikreattivi iżda jinkludi wkoll il-livell tad-dawl, il-livell tal-ħoss u l-purita’ ta’ l-arja tal-madwar. Hu għalhekk li bħala parti mill-programm tal-FTS biex jitjiebu l-ambjenti ta’ l-iskejjel, sar investiment biex l-arja f’dawn l-iskejjel tkun aktar nadifa u sana għal dawk li jmorru fiha.’ Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea meta żar l-iskola F.X. Attard fil-Marsa fejn tlesta x-xogħol fuq apparat ta’ ventilazzjoni furzata (forced ventilation). Is-sistema tiffiltra l-arja f’diversi stadji u l-arja nadifa titwassal fil-klassijiet u l-kuruduri ta’ l-iskola permezz ta’ sistema ta’ ventilazzjoni.
L-iskola F.X. Attard tinsab fil-Marsa u l-istudenti ul-ghalliema ġieli kienu jilmentaw minn kwalita’ ħazina ta’ l-arja. Din is-sitwazzjoni kienet tkun fl-għar tagħha meta’ l-kundizzjonijiet meterjoloġiċi ikunu tali li l-arja ma tkunx qed tiċċirkola. Din is-sitwazzjoni għandha tissolva kompletament permezz ta’ din is-sistema l-ġdida li ġiet installata.
Biex tkun tista titħaddem is-sistema ta’ventilazzjoni, l-FTS kellha tibdel l-aperturi kollha u tibni sub-station ġdida. Il-parti l-kbira tax-xogħol sar is-sena li għaddiet, biex aktar kmieni din is-sena twaħħal l-apparat li nġieb apposta minn barra .
Fl-iskola Sir Temi Żammit ta’ l-Imtarfail-problema kienet li taħt l-iskola hemm mini li jintużaw għat-tkabbir tal-faqqiegħ. Dawn il-mini kellhom ventijiet li jagħtu minn taħt l-art qrib ħafna ta’ l-iskola u b’hekk xi drabi l-arja fl-iskola kienet tkun ta’ kwalita’ baxxa. Anke hawn l-FTS installat apparat ta’ filtrazzjoni u ventilazzjoni biex titjieb il-Kwalita’ ta’ l-arja li ġejja minn taħt l-art u l-ħruġ ta’ l-arja tbiegħed kemm jista’ jkun mill-iskola.
Is-sena li għaddiet fl-iskola Sir Temi Żammit sarxogħol ta’ ridekorazzjoni tal-klassijiet kollha u din is-sena qed isir xogħol ta’ landscaping tal-ġonna tal-madwar, titjib tal-faċilitajiet rikreattivi għall-istudenti u titjib tal-parkeġġ.
Il-Ministru Louis Galea qal li l-għalliema u l-istudentita’ dawn l-iskejjel jixirqilhom li jmorru fi skola f’ambjent san u b’arja kemm jista jkun nadifa. Hu qal li l-Ministeru tiegħu qed jaħdem biex l-ambjenti ta’ l-iskejjel ta’ l-iStat jitjiebu minn kull aspett kemm dak fiżiku kif ukoll dak li għandu x’jaqsam ma’ l-imġieba fl-iskejjel. Il-Ministru fakkar li fl-aħħar sentejn il-Ministeru tiegħu ippubblika diversi policies u linji gwida biex l-iskejjel tagħna jkunu ambjenti protetti u sani. Dawn il-Policies u linji gwida jifformaw parti mis-Safe Schools Programme u jinkludu politika dwar l-abbuż tat-tfal, dwar il-bullying, dwar l-abbuż minn sustanzi perikolużi u kodiċi ta’ dixxiplina. Il-Ministru qal li għalkemm ħafna mill-iskejjel addottaw dawn il-policies u għandhom il-policies tagħhom stess imfassla apposta għad baqa numru ta’ skejjel li għadhom m’humiex qed jimplimentawhom b’mod sħiħ.
Sadattant il-Ministru ra wkoll xi ħsarat li seħħewfl-iskola F.X. Attard wara il-maltemp li seħħ bejn il-Ħadd u t-Tnejn filgħodu. Il-Ministru qal li l-FTS qed tagħmel analiżi tal-ħsarat li għamel il-maltemp fl-iskejjel kollha biex minnufiħ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow