ĦIDMA SIEWJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI – ’IL FUQ MINN ELF TALBA GĦALL-GĦAJNUNA
pr1047
16/09/2003
| Waqt il-maltemp u x-xita qalila li laqtu l-gżejjer | Maltin fis-sigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkordina ħidma ta’ salvataġġ bl-għajnuna tal-Pulizija, il-Forzi Armati, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u s-Soċjeta’ Maltija għas-Salib l-Aħmar. |
| Wara li fi ftit sigħat hu kkalkulat li niżlet medja | ta’ 91 millimetru xita, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rċieva mal-1,000 talba għall-għajnuna minn diversi persuni li daħlilhom l-ilma fi djarhom u kien hemm ’il fuq minn 60 persuna li ġew salvati wara li l-vetturi tagħhom inqabdu fl-għargħar li kienu kkawżati minħabba x-xita. Tnejn minn dawn il-persuni kienu salvati mill-Wied ta’ Ħal Balzan meta kienu f’periklu kbir għal ħajjithom filwaqt li tnejn oħra ġew salvati minn djarhom li għerqu kawża tal-għargħar. Familja bi tlett itfal ġiet salvata f’Ħal Qormi wara li darhom imtliet bl-ilma tax-xita. |
| Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili irċieva wkoll | għadd ta’ rapporti, fosthom f’Birkirkara u f’Ħal Qormi, ta’ persuni allegatament nieqsa kawża tal-għargħar, madanakollu wara ħidma intensiva, tfittxijiet u fin-nuqqas ta’ rapporti ta’ persuni nieqsa lill-Pulizija ġie konkluż li ma kien hemm ħadd nieqes kawża tal-maltemp li ħakem lill-ġżejjer Maltin. |
| Ġew irrapurtati wkoll ħsarat kbar fit-toroq, | speċjalment f’Ħal Qormi, f’Birkirkara, l-Imsida u l-Marsa. Saret ukoll ħsara kbira f’sub station ta’ l-elettriku fit-Tarzna kkaġunata minn blata li waqgħet fuq dan il-bini, f’liema inċident ħadd ma weġġa’. |
| Id-Dipartiment ipprovda assistenza lill-Isptar San | Luqa f’każijiet fejn ma setgħux jintużaw ambulanzi u għalhekk intużaw vetturi tal-Protezzjoni Ċivili għall-ġarr ta’ xi pazjenti. |
| Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien f’kuntatt | kontinwu mal-mezzi tax-xandir f’Malta biex ixxandru avviżi u twissijiet lill-pubbliku matul il-jum. |
L-aġent Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. George Pullicino rringrazzja lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-ħidma siewja li twettqet matul il-jum. Il-Ministru Pullicino wera l-apprezzament tiegħu f’isem il-Gvern għall-koperazzjoni sħiħa li kien hemm bejn il-Forzi kollha tas-sigurta’ f’Malta kif ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u s-Soċjeta’ Maltija għas-Salib l-Aħmar.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en