Left arrow Mur Lura

In-Negozjati f'Cancun ma jwasslux ghal ftehim mixtieq

pr1046
Date Icon 15/09/2003
"Jiddispjacina ninnutaw li n-negozjati f'Cancunma wasslux ghal ftehim mixtieq" . Dan kien il-kumment tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, li attenda ghal hames laqgha tal-Ministri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc, jew kif inhi maghrufa ahjar il-World Trade Organisation (WTO).
Is-Segretarju Parlamentari mexxa delegazzjonimaghmula mis-Segretarju Permanenti u Direttur fil-Ministeru ta' l-Ambjent u Affarijiet Rurali, id-Direttur Generali tal-Ippjanar Ekonomiku u r-rapprezentant Malti ghal WTO.
Il-konferenza tal-Ministri f'Cancun giet fi tmiemhahesrem, meta kien hemm insistenza li ma jkunx hemm rabta bejn l-agrikultura u affarijiet ohra, fosthom dawk marbuta mal-kummerc globali gust, maghrufa ahjar bhala s-"Singapore issues".
Is-Segretarju Parlamentari Vassallo li attenda l-laqghatal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea f'Cancun, li saret ftit minuti biss qabel il-laqgha, fejn thabbar l-gheluq ta' din il-konferenza mill-WTO, qal li l-146 pajjiz membru fit-WTO kienu maqsuma f'diversi blokki. Huwa tkellem dwar l-importanza li Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea minhabba l-fatt li kieku kien ikollha tinghaqad ukoll ma’ xi blokka ohra. Ghalkemm thabbar it-tmiem ta' din il-Konferenza, is-Segretarju Parlamentari flimkien mal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea wera t-tama li t-tahditiet ikomplu halli jintlahaq il-qbil mixtieq, biex il-kummerc globali jkompli jissahhah.
Huwa qal illi dawn id-diversi gruppi ta' pajjizi issajridu jergghu jiflu l-posizzjonijiet taghhom mill-gdid u juru aktar flessibilita' sabiex it-tahdidiet ikomplu u jintlahaq ftehim sa Dicembru tas-sena 2004, skond il-mandat ta' DOHA.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow