Left arrow Mur Lura

RIŻULTATI POŻITTIVI FIL-LITTERIŻMU: MATUL L-EWWEL SENTEJN L-FES ĦADMET MA’ 1,800 FAMILJA

pr1039
Date Icon 12/09/2003
‘L-isforzi li qed isiru fiħdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni qed iħallu riżultati pożittivi fil-qasam tal-litteriżmu. Mill-istudju li sar is-sena l-oħra fuq it-tfal kollha Maltin u Għawdxin ta’ 10 snin, a paragun ma’ studju ta’ l-istess tfal tlett snin ilu, jirriżulta li kien hemm titjib konsiderevoli fl-iżvilupp tal-ħiliet fil-lingwi tal-Malti u l-Ingliż.  Tlett snin ilu 14% u 25% tat-tfal li kienu fil-Year 2 kellhom bżonn għajnuna speċjali fil-Malti u fl-Ingliż rispettivament.  Il-figuri għall-istess tfal tlett snin wara fil-Year 5 huma ta’ 4.5% u 8.5% rispettivament.’  Dan ħabbru l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea meta indirizza konferenza dwar il-litteriżmu u l-Familja organizzata mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi.
Għaddta’ edukaturi minn Malta u pajjiżi Ewropej ltaqgħu biex jieħdu sehem f’Konferenza Nazzjonali dwar il-Litteriżmu tal-Familja.  Il-Konferenza, organizzata mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, qed issir fil-Coastline Hotel bejn it-12 u 13 ta’ Settembru, u taħbat ma’ għeluq sentejn ta’ ħidma mill-FES.
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni Louis Galea, li indirizza l-Konferenza waqt il-ftuħ tagħha, qal li l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni qed iħabrek biex, jisgura kemm li ħadd ma’ jibqa’ lura fit-tagħlim kif ukoll li jogħla l-livell ta’ ħiliet bażiċi miksuba mill-istudenti biex jilħqu tabilħaqq il-milja ta’ ħajjithom.  Il-Ministru Galea inkwadra l-inizjattivi l-ġodda ta’ siwi li tmexxi, l-FES fl-isfond ta’ numru ta’ riformi li l-Ministeru qed jixpruna fil-pajjiż. Louis Galea semma’ l-istrateġija nazzjonali dwar it-tagħlim tul il-ħajja (lifelong and lifewide learning) li qed titlesta għad-diskussjoni ma’ l-imsieħba ewlenin.  Il-Ministru ħabbar li, hekk kif qed jiġri fil-bqija ta’ l-Ewropa, din l-istrateġija se tinkludi miżuri dwar il-kisba tal-ħiliet bażiċi kemm mit-tfal, kif ukoll mill-kbar.  Il-Ministru Galea spjega li, fil-fatt, ħafna mill-komponenti ta’ din l-istrateġija nazzjonali dwar il-kisba tal-ħiliet bażiċi diġa’ qed jitħaddmu b’suċċess.  Fost dawn hemm miżuri bħal:

·        Servizz ta’ Complementary Education mogħti minn tim ta’ 75 għalliema fi ħdan id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni li speċjalizzaw fit-tagħlim ta’ tfal fil-primarja li waqgħu lura fit-tagħlim.

·        Taħriġ intensiv għall-għalliema dwar, fost aspetti oħrajn, it-tagħlim differenzjat, il-qari u l-kitba bil-Malti u bl-Ingliż u l-parteċipazzjoni tal-ġenituri fit-tagħlim tat-tfal. Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni offriet 95 kors matul is-sena 2002 - 2003.  Matul l-ewwel sentejn ta’ ħidma, l-FES tat iktar minn 8,000 siegħa ta’ taħriġ lill-għalliema minn skejjel statali.

·        Taħriġ lill-iskejjel fl-iżvilupp ta’ programmi u strateġiji interni b’risq il-litteriżmu.  Dan sar kemm mill-Programm ‘Let Me Learn’ u mill-Literacy Unit, it-tnejn joperaw fi ħdan il-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni b’fondi mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, u mill-FES. Matul is-sena skolastika 2002 - 2003, l-FES għenet 7 skejjel statali b’dan il-mod u l-ħidma se titkattar.

·        Korsijiet personalizzati dwar ħiliet bażiċi għall-adulti mmexxija mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni f’10 lokalitajiet.  Dan hu servizz siewi li se jkompli jikber.

·        32 kors għall-ħiliet bażiċi fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika organizzati mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni matul is-sena akkademika 2003 u 2004.

·        Il-programmi tal-FES għall-familji u tfal li jitolbu appoġġ biex it-tfal jilħqu l-miri edukattivi tagħhom.  Matul l-ewwel sentejn, l-FES ħadmet ma’ 1,800 familja.

Il-Ministrusemma wkoll ir-riforma ta’ l-istrutturi ta’ l-edukazzjoni li se jwasslu għal awtonomija akbar fit-tmexxija ta’ l-iskejjel waqt li fl-istess ħin tinbidel il-funzjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni bħala entita regulatorja li tassigura tagħlim ta’ kwalita’.  Il-Ministru semma wkoll il-liġi l-ġdida ta’ l-edukazzjoni li qed titħejja.
Indirizzawkoll il-Konferenza s-Sur Alan Wells, id-direttur tal-Basic Skills Agency (BSA) fl-Ingilterra u Wales.  Il-BSA hija meqjusa bħala entita’ ewlenija fil-qasam ta’ litteriżmu tal-familja u żvilupp ta’ strateġiji nazzjonali dwar il-kisba ta’ ħiliet bażiċi minn ċittadini ta’ kull eta’.  Is-Sur Wells spjega numru ta’ programmi fil-qasam tal-litteriżmu li żviluppat il-BSA matul is-snin u l-funzjoni ġdida li qed ikollha l-aġenzija li jmexxi biex tirrikmanda u tiżviluppa miżuri f’qafas nazzjonali iżda mwettqa f’kuntest lokali b’tisħib bejn entitajiet ta’ l-istat u dawk privati.
Il-ProfessoressaSheila Wolfendale mill-Universita’ ta’ East London tat ħarsa lejn x’tindika riċerka estensiva li wettqet matul is-snin dwar l-effett – għat-tfal, il-ġenituri u l-pajjiż - li jħallu programmi ta’ litteriżmu tal-familja bħal dawk imwettqa mill-Fondazzjoni f’Malta.  Il-Professoressa Wolfendale saħqet li l-iskejjel ma jistgħux jippretendu li l-kontribut tagħhom hu biżżejjed biex jiżgura li t-tfal jitgħallmu b’mod effettiv.   L-iskejjel, qalet Sheila Wolfendale, jeħtieġ li joffru programmi edukattivi li, permezz tagħhom, il-ġenituri jitgħallmu metodi prattiċi ta’ kif jgħallmu lil uliedhom. Il-ġenituri, qalet, huma l-iprem għalliema li jeħtieġu huma wkoll appoġġ biex jitgħallmu jwettqu din ir-risponsabbilta’ b’mod xieraq.
Waqtil-konferenza, edukaturi mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi taw titwila lejn il-ħidma tal-Fondazzjoni matul dawn l-aħħar sentejn u, permezz ta’ numru ta’ workshops u żjajjar f’Ċentri Ħilti, urew f’aktar dettal x’inhuma wħud mill-effetti ewlenin ta’ programmi ta’ litteriżmu tal-Familji f’Malta.  Ms Anne Fean u Ms Cath Poole mill-Ingilterra mexxew workshops dwar il-programmi ta’ Family Literacy li huma wettqu f’pajjiżhom u ddiskutew ma’ edukaturi Maltin numru ta’ aspetti tal-prattika tagħhom li huma komuni jew differenti.
Il-Fondazzjonigħal Servizzi Edukattivi laqqgħet numru ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet edukattivi oħra minn pajjiżi ewropej li ssieħbu mal-Fondazzjoni biex iwettqu huma wkoll il-Programm Ħilti ta’ litteriżmu tal-familji.  Waqt iż-żjara tagħhom f’Malta, dawn l-edukaturi ħadu sehem attiv f’taħriġ mogħti mill-Fondazzjoni, iddiskutew il-passi li jmiss biex iwettqu l-proġett pilota tagħhom, żaru numru ta’ Ċentri Ħilti biex jaraw kif il-Fondazzjoni qed tmexxi l-programmi ta’ litteriżmu tal-familja, u pparteċipaw ukoll fil-Konferenza dwar din it-tema li kienet miftuħa għal edukaturi u ġenituri.  Dawn l-edukaturi ssieħbu mal-Fondazzjoni permezz ta’ proġett imsejjaħ Parent Empowerment for Family Literacy (PEFaL) iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropeja taħt il-Programme Socrates/ Grundtvig.
Waqtil-Konferenza, il-Fondazzjoni nidiet pakkett ta’ riżorsi għat-taħriġ ta’ għalliema li jikkonsisti f’żewġ videos bil-Malti u bl-Ingliż u pjanijiet dettaljati li għalliema involuti fi programmi ta’ litteriżmu tal-familja jkunu jistgħu jużaw biex imexxu l-attivitajiet.  Dan il-pakkett ta’ riżorsi ġie żviluppat permezz tal-proġett PEFaL.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow