Left arrow Mur Lura

Kampanja ta’ tindif ta’ qiegh il-bahar fil-Bajjiet t’Ghawdex

pr1034
Date Icon 11/09/2003
Matul dan is-sajf, il-Ministeru ghal Ghawdex nieda kampanja ta’ tindifta’ qiegh il-bahar fil-bajjiet ta’ Ghawdex.
Il-kampanja li qieghda ssir bil-ghajnunatal-Victoria Scouts Group tikkonsisti f’dives fil-bajjiet kollha ta’ Ghawdex biex jingabar l-iskart li jkun hemm fil-qiegh tal-bahar. Minn meta inbdiet din il-kampanja, diga’ ingabret kwantita’ kbira ta’ materjal bhal fliexken tal-hgieg, plastik, karti, metall u hafna oggetti ohra.
Il-bajjiet li qeghdin igawdu minn dinil-kampanja huma: ix-Xlendi, Marsalforn, il-Qbajjar, ix-Xwejni, id-Dwejra, Mgarr ix-Xini, Hondoq ir-Rummien, Dahlet Qorrot, ir-Ramla l-Hamra u Kemmuna.
L-ghan ta’ din il-kampanja huwa lijisgura li l-bajjiet f’Ghawdex ikunu fl-ahjar kundizzjoni possibbli biex dawn ikunu jistghu jitgawdew minn kulhadd. Il-Ministeru ghal Ghawdex ghamel appell lill-pubbliku li jiffrekwenta l-bajjiet, partikularment lil dawk li jidhlu bid-dghajjes taghhom, biex l-iskart li jkollhom jiddisponu minnu fil-postijiet allokati apposta u mhux jitfghuh fil-bahar.
Huwa mistenni li l-kampanja li ser tibqa’ghaddejja sa l-ahhar ta’ Settembru, tissokta f’Gunju tas-sena d-diehla u fiha jippartecipaw aktar ghaqdiet mhux governattivi Ghawdxin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow