Kampanja ta’ tindif ta’ qiegh il-bahar fil-Bajjiet t’Ghawdex
pr1034
11/09/2003
| Matul dan is-sajf, il-Ministeru ghal Ghawdex nieda kampanja ta’ tindif | ta’ qiegh il-bahar fil-bajjiet ta’ Ghawdex. |
| Il-kampanja li qieghda ssir bil-ghajnuna | tal-Victoria Scouts Group tikkonsisti f’dives fil-bajjiet kollha ta’ Ghawdex biex jingabar l-iskart li jkun hemm fil-qiegh tal-bahar. Minn meta inbdiet din il-kampanja, diga’ ingabret kwantita’ kbira ta’ materjal bhal fliexken tal-hgieg, plastik, karti, metall u hafna oggetti ohra. |
| Il-bajjiet li qeghdin igawdu minn din | il-kampanja huma: ix-Xlendi, Marsalforn, il-Qbajjar, ix-Xwejni, id-Dwejra, Mgarr ix-Xini, Hondoq ir-Rummien, Dahlet Qorrot, ir-Ramla l-Hamra u Kemmuna. |
| L-ghan ta’ din il-kampanja huwa li | jisgura li l-bajjiet f’Ghawdex ikunu fl-ahjar kundizzjoni possibbli biex dawn ikunu jistghu jitgawdew minn kulhadd. Il-Ministeru ghal Ghawdex ghamel appell lill-pubbliku li jiffrekwenta l-bajjiet, partikularment lil dawk li jidhlu bid-dghajjes taghhom, biex l-iskart li jkollhom jiddisponu minnu fil-postijiet allokati apposta u mhux jitfghuh fil-bahar. |
| Huwa mistenni li l-kampanja li ser tibqa’ | ghaddejja sa l-ahhar ta’ Settembru, tissokta f’Gunju tas-sena d-diehla u fiha jippartecipaw aktar ghaqdiet mhux governattivi Ghawdxin. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en