IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN JIRRINGRAZZJA LILL-KORP TAL-PULIZIJA
pr1032
10/09/2003
| Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jixtieq pubblikament | jirringrazzja lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għall-azzjoni mmedjata li ħadu nhar it-Tnejn, 8 ta’ Settembru wara l-inċidenti li nqalgħu wara l-programm tar-Regatta tal-Vitorja, u fl-istess ħin jifirħilhom talli f’qasir żmien ħadu l-passi opportuni quddiem il-Qorti kontra numru ta’ persuni. |
| Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jikkundanna | mingħajr ebda riservi inċidenti vjolenti bħal dawk ta’ nhar it-Tnejn f’attivitajiet sportivi u jħeġġeġ lit-tmexxija u l-membri tal-Korp tal-Pulizija biex ikomplu ma jittollerawx azzjonijiet simili. |
| Il-Ministeru huwa tal-fehma li għandhom jibdew isiru | diskussjonijiet dwar il-possibilità li l-pieni għal atti kriminali f’okkażjonijiet bħal dawn jiżdiedu konsiderevolment billi mhux sewwa li fis-soċjetà demokratika u ċivili tagħna jistgħu jseħħu inċidenti simili u biex b’hekk ma jibqax ikun hemm okkażjoni fejn festi tradizzjonali u sportivi tagħna ma jitgawdewx minn eluf ta’ familji Maltin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en