Left arrow Go Back

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN JIRRINGRAZZJA LILL-KORP TAL-PULIZIJA

pr1032
Date Icon 10/09/2003
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jixtieq pubblikamentjirringrazzja lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għall-azzjoni mmedjata li ħadu nhar it-Tnejn, 8 ta’ Settembru wara l-inċidenti li nqalgħu wara l-programm tar-Regatta tal-Vitorja, u fl-istess ħin jifirħilhom talli f’qasir żmien ħadu l-passi opportuni quddiem il-Qorti kontra numru ta’ persuni.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jikkundannamingħajr ebda riservi inċidenti vjolenti bħal dawk ta’ nhar it-Tnejn f’attivitajiet sportivi u jħeġġeġ lit-tmexxija u l-membri tal-Korp tal-Pulizija biex ikomplu ma jittollerawx azzjonijiet simili.
Il-Ministeru huwa tal-fehma li għandhom jibdew isirudiskussjonijiet dwar il-possibilità li l-pieni għal atti kriminali f’okkażjonijiet bħal dawn jiżdiedu konsiderevolment billi mhux sewwa li fis-soċjetà demokratika u ċivili tagħna jistgħu jseħħu inċidenti simili u biex b’hekk ma jibqax ikun hemm okkażjoni fejn festi tradizzjonali u sportivi tagħna ma jitgawdewx minn eluf ta’ familji Maltin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow