Malta tieħu sehem attiv f’inizjattivi ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa
pr1030
10/09/2003
| Il-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Dr. Louis Deguara, ħabbar waqt laqgħa | tal-Kumitat Reġjonali (Ewropa) ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li qed isir fi Vienna, fl-Awstrija, li Malta ser torganizza r-Raba’ Laqgħa Intergovernattiva (Pri-Ministerjali) bejn il-25 u 26 ta’ Marzu 2004. |
| Il-laqgħa ser issir bi preparazzjoni għar-raba’ | Konferenza Ministerjali dwar is-Saħħa u l-Ambjent li ser tinżamm f’Budapest, l-Ungerija f’Ġunju 2004 bit-tema prinċipali “Il-Futur ta’ Wliedna”. Madwar 200 parteċipant ta’ livell għoli mis-setturi tas-Saħħa u l-Ambjent tal-pajjiżi Ewropej mistennija jieħdu sehem. |
| Il-laqgħa f’Budapest, ir-raba’ waħda f’sensiela | li bdiet fl-1989, ser tlaqqa’ flimkien il-Ministri tas-Saħħa u Ambjent, kif ukoll dawk involuti f’dan il-qasam. Dawn huma mistennija li permezz ta’ dikjarazzjoni jikkommettu ruħhom politikament u jilħqu qbil fuq pjan Ewropew ta’ Azzjoni dwar Saħħa u Ambjent (CEHAPE) li jippromwovi ambjent san li fih jgħixu wliedna. Dan il-pjan jaħseb f’miżuri li jnaqqsu l-perikli ambjentali li tant iħallu effett ħażin fuq is-saħħa tat-tfal. Dawn il-miżuri huma fuq l-istess linji msemmija fil-Pjan Strateġiku Ewropew dwar is-Saħħa u l-Ambjent addottat mill-Kummissjoni Ewropea fil-11 ta’ Ġunju 2003. |
| Il-Ministru semma wkoll li Malta minn dejjem tat is-sapport | u l-kontribut tagħha f’inizjattivi meħuda mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Semma fost l-oħrajn, ix-xogħol li l-gvern, fil-qafas tar-riformi fis-settur tal-Kura tas-Saħħa, għamel u qed jagħmel fil-qasam tas-Saħħa Mentali. Dan kollu bil-għan li persuni b’mard mentali jkunu megħjuna jiksbu lura d-dinjita` tagħhom billi mill-iktar fis jerġgħu jintegraw irwieħhom fis-soċjeta`. Il-gvern ukoll qed jaħdem bis-sħiħ biex l-istigma li sfortunatament iġorru dawn il-persuni tiġi mtaffija kemm jista’ jkun jekk mhux ukoll imneħħija għal kollox. |
| Il-Ministru qal ukoll li Malta kienet membru ewlieni | tal-Pan-European Programme Steering Committee dwar it-Trasport, is-Saħħa u l-Ambjent. Malta hija wieħed minn sitt pajjiżi li qed jieħdu sehem fi proġett ta’ evalwazzjoni ta’ l-effetti li jħalli fuq is-saħħa t-trasport. Malta wkoll ser torganizza l-aħħar laqgħa konklussiva dwar dan il-proġett fil-bidu tas-sena 2004. |
| Fl-aħħarnett il-Ministru wiegħed li Malta se | tagħti sehemha fit-tħejjija ta’ l-abbozz ta’ Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar is-Saħħa u l-Ambjent ta’ Wliedna. Hu awgura li Malta tkun minn ta’ l-ewwel li d-daħħal fis-seħħ dan il-pjan. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en