Left arrow Mur Lura

ŻEWĠ ATTIVITAJIET IMPORTANTI TAL-FONDAZZJONI GĦAL SERVIZZI EDUKATTIVI

pr1029
Date Icon 10/09/2003
Bejn il-11 u l-14 ta’ Settembru, il-Fondazzjoni għal ServizziEdukattivi ser tkun qed tmexxi żewġ attivitajiet importanti ħafna li jaħbtu ma’ għeluq sentejn ta’ ħidma siewja fil-qasam edukattiv.
Bejnit-12 u t-13 ta’ Settembru ġewwa l-Hotel Coastline, ser ssir Konferenza Nazzjonali marbuta mat-tema ta’ ‘Litteriżmu tal-Familja’ (Family Literacy). Numru sabiħ ta’ għalliema, kapijiet ta’ skola u ġenituri ser jipparteċipaw fi programm imżewwaq li jdum jumejn.  Ser jindirizzaw il-konferenza l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea, id-direttur tal-Basic Skills Agency (BSA) ta’ l-Ingilterra u Wales - is-Sur Alan Wells, u l-Professoressa Sheila Wolfendale mill-Universita’ ta’ East London. Fost affarijiet oħra, il-Ministru Louis Galea se jispjega kif il-programmi edukattivi mmexxija mill-Fondazzjoni huma ħolqa siewja f’katina ta’ servizzi edukattivi għal persuni ta’ etajiet differenti, li jassiguraw li ħadd ma jibqa’ lura u li kulħadd jibqa’ jitgħallem matul il-ħajja.  Il-British Council f’Malta ikkontribwiet għall-miġja tas-Sur Alan Wells f’Malta.
Bejnil-11 u 14 ta’ Settembru, il-Fondazzjoni ser tilqa’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet edukattivi oħra minn pajjiżi Ewropej li ssieħbu mal-Fondazzjoni sabiex iwettqu huma wkoll il-Programm Ħilti ta’ litteriżmu tal-familji.  Waqt il-miġja tagħhom f’Malta, dawn l-edukaturi ser jipparteċipaw f’taħriġ, ser jiddiskutu l-passi li jmiss biex iwettqu l-proġett pilota tagħhom, ser jżuru numru ta’ ċentri Ħilti sabiex jaraw kif il-Fondazzjoni qed tmexxi l-programmi ta’ litteriżmu tal-familja, u ser jipparteċipaw ukoll fil-Konferenza marbuta ma’ din it-tema miftuħa għal edukaturi u ġenituri.  Dawn l-edukaturi ssieħbu mal-Fondazzjoni permezz ta’ proġett imsejjaħ Parent Empowerment for Family Literacy (PEFaL) iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-Programme Socrates/Grundtvig.
Il-Fondazzjoniser tniedi wkoll il-ħruġ ta’ pakkett ta’ riżorsi għat-taħriġ ta’ għalliema li jikkonsisti f’żewġ videos bil-Malti u bl-Ingliż u session plans dettaljati li għalliema involuti fi programmi ta’ litteriżmu tal-familja jkunu jistgħu jużaw biex imexxu l-attivitajiet.  Dan il-pakkett ta’ riżorsi ġie żviluppat permezz tal-proġett PEFaL.

Il-Konferenza Nazzjonali dwar il-Litteriżmu tal-Familja hi miftuħa għall-għalliema, kapijiet ta’ skola u ġenituri.  Kull min hu interessat li jipparteċipa jista’ jirriserva post billi jċempel l-FES fuq in-numru 21455 600/607/653 jew jibgħat e-mail fuq: fes@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow