Xogħlijiet fil-Junior College u fl-Universita'
pr1025
09/09/2003
| "L-Università qed twettaq xogħlijiet kapitali, | b’investiment ta’ aktar minn Lm800,000, fil-kampus ta’ l-Università u f’dak tal-Junior College fl-Imsida." Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea waqt żjara li għamel fil-Junior College u fl-Università fejn, flimkien mar-Rettur il-Prof. Roger Ellul Micallef, ra x-xogħol strutturali li qed isir biex jitjiebu il-faċilitajiet. |
| Fil-Junior College qed isir xogħol ta’ | finitura fuq wieħed mit-turġien ewlenin wara li twaqqa’ u nbena’ mill-ġdid waqt il-vakanzi tas-sajf. It-taraġ kellu jiġi mibni mill-gdid u il-wisgħa tiegħu irduppjat biex jaqdi aħjar in-numru dejjem jiżdied ta’ studenti fil-kulleġġ. |
| Il-MEPA mistennija tilqa` applikazzjoni ta’ l-Università | biex jinbnew żewġ sulari ġodda fuq parti mill-kulleġġ biex b’hekk jiżdiedu l-klassijiet u l-uffiċini li hemm bżonn. Ser jinbeda wkoll ix-xogħol fuq is-sala ewlenija tal-kulleġġ, il-bini ta’ kamra ta’ sigurtà ġdida fid-dħul tal-kulleġġ, u xogħol ieħor għal faċilitajiet għall-għalliema, studio ta’ l-arti, u servizzi ta’ aċċessibilità. |
| Meta tkellem dwar il-Junior College, | il-Ministru qal li minkejja il-ftuħ ta’ l-MCAST, il-kulleġġ xorta baqa’ popolari ħafna, tant li għandu problemi ta’ spazji u għalhekk qed isiru dawn il-proġetti. Il-Ministru Galea qal ukoll li l-Gvern hu impenjat li jkompli joffri opportunitajiet liż-żgħażagħ u l-adulti biex ikomplu jistudjaw u jitħarrġu fil-livell post-sekondarju u terzjarju. Il-Ministru qal li għalkemm il-persentaġġ ta’ studenti li jkomplu l-istudji tagħhom post-sekondarji jiżdied kull sena, fadal xogħol x’isir biex nilħqu l-livelli Ewropej li naspiraw għalihom. Huwa qal li jkun żball jekk xi ħadd jaħseb li, minħabba diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom persuni kwalifikati biex isibu impjieg, allura m’hemmx bżonn li aktar żgħażagħ jilħqu livelli aħjar ta’ edukazzjoni u taħriġ. |
Il-Ministru Louis Galea żar ukoll x-xogħlijiet fl-Università. Hawnhekk sar xogħol fuq tlett blokki, dak tal-MATSEC, dak tax-xjenza u dak tal-farmakoloġija. Fil-blokk tal-Matsec inbena sular ġdid fuq il-bini eżistenti biex jitkattru l-faċilitajiet amministrattivi tal-MATSEC. Dan is-sular se jkollu wkoll spazju li se jintuża għall-preparazzjoni tal-karti ta’ l-eżamijiet. F’dan il-blokk sar ukoll lift biex tiżdied l-aċċessibilità.
| Fil-blokk tax-xjenza tlestew ix-xogħlijiet | struttural u ta’ finitura ta’ estensjoni tal-blokk eżistenti. Il-proġett kien jinkludi il-bini ta’ żewġ sulari ġodda li kabbru l-faċilitajiet tad-dipartimenti tal-matematika u ta’ l-istatistika. B’kollox żdiedu in-numru ta’ kmamar għall-lectures u tutorials, tlett laboratorji tal-kompjuter, u numru ta’ uffiċini għall-istaff. Fl-istess ħin sar ukoll lift għall-aċċessibilita’ u taraġ minn barra li jintuża f’każ ta’ emerġenza. |
| Fil-blokk tal-farmakoloġija bħalissa qed isir ix-xogħol | fuq l-estensjoni tad-Dipartiment tal-Kimika permezz ta’ sular ġdid biex dan iservi għad-Dipartiment tal-Farmakoloġija Klinika. S’issa tlestew ix-xogħlijiet strutturali u ser joħorġu l-offerti għas-sistemi ta’ dawl u ilma u servizzi oħra. Il-bini l-ġdid se jkun fiħ diversi laboratorji għar-riċerka, lecture rooms, dark room u cold room. Hawnhekk ukoll se jinbena lift għall-aċċessibilità u taraġ ta’ emerġenza. |
| Il-Ministru Louis Galea faħħar lill-Università għall-programm | ta’ xogħol kontinwu biex il-faċilitajiet u s-servizzi għall-istudenti jitjiebu. Il-Ministru qal li anke fl-Universita’ qed issir ħidma biex jitwettaq il-kunċett ta’ opportunitajiet indaqs u edukazzjoni inklussiva. L-Universita’ qed twettaq rakkomandazzjonijiet ta’ rapport li kkommissjonat hi stess biex tirrendi il-"campus" tagħha kompletament aċċessibbli. |
| Il-Ministru qal li l-Università issa għandha | popolazzjoni ta’ aktar minn 9400 student u li aktar minn 2200 student se jiggradwaw f’Novembru li ġej. Bħalissa qed jiġu pproċessati kwazi 3500 applikazzjonijiet għad-dħul f’korsijiet fl-ewwel sena, li 60% minnhom saru minn nisa, konferma ta’ xejra li qed tkompli tiżdied. |
| Il-Ministru Galea qal li l-Università hi u trid | tibqa` istituzzjoni li tgawdi rispett u ammirazzjoni mill-poplu Malti u mill-barranin bħala istituzzjoni serja li toffri tagħlim ta’ l-għola livell. Louis Galea qal li l-Universita’ trid tkompli tirrispondi għall-bidliet li qed iseħħu kemm fit-teknoloġiji użati fit-tagħlim kif ukoll fil-ħtiġijiet tal-pajjiż u tad-dinja tax-xogħol. Hu qal li l-introduzzjoni ta’ kors ġdid ta’ diploma postgraduate għal interpreti u tradutturi tal-lingwi għandha tgħin biex tkun sodisfatta id-domanda għal persuni kwalifikati f’dan il-qasam partikolament minħabba is-sħubija ta’ Malta fl-istrutturi ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Il-Ministru temm ifaħħar ukoll lill-korp academiku | u dak amministrattiv fl-Università u l-Junior College għall-ħidma u l-impenn tagħhom fit-taħriġ ta’ gradwati u intellettwali. Hu ħeġġiġhom biex ikomplu jaraw li l-formazzjoni ta’ l-istudent tkun kemm jista’ jkun fil-persuna kollha kemm hi u b’orizzonti wiesgħin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en