ID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI CIVILI JINTERVJENI F’NAR QAWWI LI SEHH FIL-MIZBLA TAL-MAGHTAB
pr1016
04/09/2003
| Tard | il-bierah filghaxija gie rrapurtat nar qawwi fil-mizbla tal-Maghtab. |
| Membri | tal-Protezzjoni Civili marru jinvestigaw u gie stabbilit illi kwantita’ kbira ta’ tyres (madwar 4,000) kienu inghataw in-nar minn persuna / jew persuni mhux maghrufa. |
| Wara | li l-membri tal-Protezzjoni Civili li kienu fuq il-post evalwaw il-mod ta’ kif l-ahjar kellha ssir l-operazzjoni ta’ tifi u kontroll tan-nirien, inghata bidu ghal dan il-process permezz ta’ diversi fire-engines, kif ukoll permezz ta’ l-iskart tal-bini li kien jinsab fuq il-post, u li bih setghu jigu fgati n-nirien. |
| L-operazzjoni | damet sejra madwar erba’ sighat u fl-ahhar in-nar gie kontrollat ghal-habta tas-saghtejn ta’ filghodu. |
| Id-Dipartiment | tal-Protezzjoni Civili jikkundanna dan l-att vandalu minn tali persuni rresponsabbli, ghal fatt li dan l-att vandalu kkawza hsara ambjentali. |
| Il-Pulizija | qed tinvestiga dan il-kaz. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en