STQARRIJA MILL-VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI
pr1015
04/09/2003
| Skond | stqarrija tal-bierah mahruga mit-Taqsima Entitajiet Pubblici tal-Union Haddiema Maghqudin, intqal illi din il-Union irregistrat tilwima industrijali ma l-Agenzija Appogg “wara li f’seduta tat-Tribunal Industrijali li saret illum (l-Erbgha, 3 ta` Settembru), ic-Chairman tat-Tribunal ghazel li ma jaghtix id-decizjoni tat-Tribunal dwar kwistjoni ta’ xoghol li kien hemm bejn l-Agenzija Appogg u l-UHM”. |
| Dan | il-Ministeru ma jistax jifhem u wisq anqas jaccetta li Union tiddikjara tilwima industrijali semplicement ghal fatt li c-Chairman tat-Tribunal iddecieda li ma jaghtix decizjoni u ddiferixxa l-kaz ghal data ohra. L-Agenzija Appogg ma kellha x’taqsam xejn ma’ din id-decizjoni – anzi ghamlet hilitha kollha biex id-decizjoni tinghata u tinghata malajr. |
| L-istqarrija | tal-UHM ma tinftiehemx aktar u aktar fid-dawl tal-fatt li kienet l-istess Union li ressqet l-oggezzjoni taghha ghall-ghoti tad-decizjoni ghaliex, skond hi: “seta kellu konflitt ta’ l-interess fid-dawl tar-rwol li llum jokkupa bhala membru tal-Collective Bargaining Unit”. Kif tista` l-Union tiggustifika tilwima industrijali jekk kienet hi stess li waqqfet il-process li seta gie konkluz illum stess ? |
| Il-Ministeru | jfakkar li z-zewg nahat kienu qablu li jirreferu t-tilwima industrijali lit-Tribunal Industrijali, biex tkun deciza skond il-ligijiet ta’ pajjizna. Jekk l-oggezzjoni tal-UHM ghac-Chairman tkun milqugha minnu, allura kull ma jrid isir hu li jigi sostitwit skond ma’ tipprovdi l-ligi stess. |
| Dan | ifisser li, la hemm u l-anqas jista` jkun hemm tilwima industrijali f’dan l-istadju u kull ma jrid isir hu, li jitkompla l-process biex tinghata decizjoni mill-aktar fis possibbli. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en