Left arrow Mur Lura

TINTEMM SKOLASAJF: SENA SKOLASTIKA ĠDIDA TIBDA FI FTIT ĠIMGĦAT

pr1014
Date Icon 04/09/2003
Warasajf ta’ ħidma u attivitajiet, l-edizzjoni ta’ Skolasajf għal din is-sena waslet fi tmiemha. Madankollu, fl-aħħar ġimgħa bejn illum u nhar il-Ħadd 7 ta’ Settembru, fl-iskola Maria Reġina ta’ Blata l-Bajda, issir wirja tax-xogħlijiet u l-attivitajiet tat-tfal tul ix-xhur tas-sajf.  Il-Fiera-maratona hi l-aħħar attivita’ organizzata fil-programm Skolasajf, li fiħ ipparteċipaw madwar 4000 tifel u tifla minn skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti.
Il-Fieramaratonatiġbor flimkien eżempji tax-xogħlijiet tat-tfal f’wirja miftuħa għall-publiku.  Ix-xogħlijiet kollha huma marbutin mat-tema ta’ din is-sena ‘Lejn Valuri b’Impenn’ li iffukat fuq il-valuri t-tajba li hemm bżonn ngħozzu.  Waqt il-Fieramaratona kull skola għandha l-opportunita’ tagħmel preżentazzjoni fit-teatru Grieg li hemm fl-iskola Maria Reġina.
Il-Ministruta` l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea tkellem fil-ftuħ tal-Fieramaratona dwar il-ġid li qed iħalli warajh il-programm ta’ Skolasajf li sena wara sena jikber fil-popolarita’ tiegħu.  Il-Ministru qal li l-programm ta’ Skolasajf jimmira li jwettaq il-kunċett ta’ edukazzjoni inklussiva li jħaddan il-Gvern.
Il-Ministruqal li aktar minn 4000 student marru l-iskola tul ix-xhur tas-sajf u daħlu għall-attivitajiet li ġew organizzati, b’ruħhom u ġisimhom, anke fit-temperaturi għoljin li kellna.  Dan juri kemm dawn it-tfal jieħdu gost imorru l-iskola.  Il-Ministru tenna li dan għandu jkun l-spirtu li biħ l-istudenti jmorru l-iskola fix-xhur tax-xitwa: entużjażmu, enerġija u gost għat-tagħlim. “Bid-diversi programmi ta’ appoġġ li qed nieħdu fl-iskejjel irridu nagħmlu minnhom ambjenti li jħeġġu t-tagħlim u l-krejattivita` fit-tfal,” sostna l-Ministru.
Il-Ministruqal li fi ftit ġimgħat aktar minn 19,000 tifel u tifla se jibdew l-iskola fil-livell primarju filwat li madwar 16,000 student ieħor se jibdew l-iskola fil-livell sekondarju.  Il-Ministru qal li d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni bħalissa qed tħejji biex it-tfal isibu l-iskejjel organizzati biex jibdew it-tagħlim.  Hu qal li l-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada wkoll qed tagħmel ħilitha biex ix-xogħol, ħlief fejn qed isir bini, ikun lest sa l-ewwel ġurnata ta’ l-iskola biex l-istudenti jidħlu f’ambjent tajjeb u nadif.  Il-Ministru Galea qal li japprezza l-kooperazzjoni ta’ kulħadd biex l-iskejjel jiftħu b’mod organizzat u fl-ordni.
Il-MinistruLouis Galea qal li din is-sena ukoll se jkun hemm numru ta’ tfal li jidħlu fil-year 7.  Il-year 7 hi maħsuba għal dawk it-tfal li jagħżlu biex tul is-sena skolastika isegwu program ta’ tagħlim li jwassalhom biex jerggħu jagħmlu l-eżami tal-Junior Lyceum.  Il-year 7 tagħti ċans lill-istudenti jimmaturaw. Il-Ministru qal li għalkemm l-Eżami tal-Junior Lyceum hu importanti ma għandhux ikun il-bidu u t-tmiem ta’ kollox. Fil-fatt minbarra li hemm l-opportunita` biex l-eżami jerġa jsir, l-iskejjel sekondarji jagħmlu ħilithom biex anke hawn l-istudenti jilħqu l-milja tagħhom.
Il-MinistruGalea semma wkoll il-ħidma tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (Foundation for Educational Services - FES) li qed toffri l-programmi tagħha lill-istudenti u lill-ġenituri tagħhom biex tagħtihom l-appoġġ edukattiv li għandhom bżonn biex jimxu l-quddiem. Il-programmi Ħilti, Id f’Id u NWAR saru popolari ħafna,  qed jagħtu ħafna frott u qed isaħħu il-bażi ta’ litteriżmu u ħiliet oħra.  F’dawn il-programmi aktar minn 80% tal-istudenti jirreġistraw progress sostanzjali.
Louis Galea temm jgħid lil-ġlieda kontra l-illitteriżmu hi waħda mill-prioritajiet ewlenin tal-Gvern u teħtieġ kollaborazzjoni bejn dawk kollha involuti, għalliema, tfal ġenituri u l-istrutturi edukattivi ta’ appoġġ. Il-Ministru zied jghid li l-Oppożizzjoni trid ukoll tgħin f’din il-ġlieda u li l-kummenti ta’ dan l-aħħar tal-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni mhux talli kienu żbaljati iżda qed jagħmlu ħsara speċjalment għall-moral ta’ dawk kollha li jaħdmu bla heda biex jagħtu appoġġ lit-tfal.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow